Yearly Archives: 2022

Din it-tfal ma jinsewha qatt u lanqas jien mhu se ninsieha! – Il-Papa Franġisku f’Għawdex

L-Isqof Teuma jiżvela dak li qallu l-Papa f’Għawdex

L-Isqof Anton Teuma jiżvela dak li qallu l-Papa f’Għawdex

Fil-ħin li l-Papa Franġisku kien akkumpanjat mill-Isqof Anton Teuma tul iż-żjara tiegħu f’Għawdex, huma kellhom diskursati profondi flimkien. Fil-fatt wara ż-żjara l-Isqof t’Għawdex beda jikteb dak li qallu għax “dak il-kliem ma jridx jintilef”.

F’intervista mal-Editur ta’ Newsbook, Kevin Papagiorcopulo, l-Isqof Teuma jirrakkonta li kien mal-Papa mix-xatt sa ta’ Pinu u lura sax-Xatt… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tlieta
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:36-41
Salm: 32 (33):4-5,18-19,20 u 22

L-Evanġelju: Ġw 20:11-18

F’dak iż-żmien, Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?”. Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

Ħolqien ġdid fi Kristu – L-Isqof Galea-Curmi

Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bħal-lum 95 sena ilu twieled il-Papa Emeritu Benedittu XVI. Dakinhar kien ukoll Sibt il-Għid. Imwieled f’Sibt il-Għid, il-Papa Benedittu XVI hu wieħed minn dawk li jfisser b’mod hekk sabiħ il-ġrajja tal-Qawmien ta’ Kristu, l-ikbar ġrajja għalina. Nixtieq li nieħu żewġ espressjonijiet li hu jgħid, li fihom tifsira kbira ħafna u li lilna jistgħu jkunu wkoll ta’ għajnuna għall-ħajja tagħna. Isejjaħ il-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu “splużjoni ta’ dawl” u “splużjoni ta’ mħabba”… Kompli aqra »

Il-ferħ tal-Papa Franġisku – L-Arċisqof

Il-Papa jfakkarna li l-Għid hu d-dawl li jixgħel bil-mod fid-dlam

Article by Archbishop Charles Scicluna

As Pope Francis bade farewell to a relatively long queue of staffers and guests at the Apostolic Nunciature in Rabat towards the end of his two-day trip to Malta, he turned to me and said with a characteristic twinkle in his eye: “Questo congedo è stato più lungo di quello de La Traviata” (this farewell is longer than the one in La Traviata)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Urbi et Orbi: Il-paċi hi dmir

  Il-Loġġa ċentrali tal-Bażilika tal-Vatikan

Għeżież ħuti, l-Għid it-tajjeb!

Ġesù, il-mislub, irxoxta! Jiġi fost dawk li qed jibkuh, magħluqin fi djarhom mimlijin biża’ u ansjetà. Jiġi għandhom u jgħid: “Il-paċi magħkom!” (Ġw 20:19). Juri l-pjagi f’idejh u f’riġlejh, il-ferita fil-kustat: mhux fantażma, hu propju hu, l-istess Ġesù li miet fuq is-salib u li kien fil-qabar. Quddiem l-għajnejn inkreduli tad-dixxipli jtenni: “Il-paċi magħkom!” (v. 21)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tnejn
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:14,22-33
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11

L-Evanġelju: Mt 28:8-15

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »

Jalla l-messaġġ tal-Papa Franġisku jinżel fil-fond ta’ qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

Ħames affarijiet importanti mill-indirizz tiegħu fil-Palazz Presidenzjali

Article by Bishop Joseph Galea-Curmi

We have welcomed Pope Francis with a warm heart. His loving presence in Malta was surely the first important message to us all. He radiated compassion, kindness and joy wherever he went, even though at times he had to struggle to walk because of leg pain.

He also had some important words to share with us… Kompli aqra »

L-Arċisqof fl-Għid il-Kbir: Inħallu lil Alla jkellem lil qalbna

Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żewġ xhieda tal-qabar vojt ma kinux xhieda kwalunkwe. Marija ta’ Magdala, wara li filgħodu kmieni, kif kien għadu d-dlam “ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù” (Ġw 20:1-2). Pietru u Ġwanni: dawn huma tnejn mit-tliet xhieda tal-glorja tal-Mulej fuq il-muntanja Tabor fit-Trasfigurazzjoni. Raw il-glorja tal-Mulej, semgħu lil Mosè u lil Elija jitkellmu ma’ Ġesù, fit-tluq tiegħu minn Ġerusalemm… Kompli aqra »