Yearly Archives: 2022

Għaxar punti mill-messaġġ tal-Papa Franġisku lis-soċjetà Maltija – L-Isqof Galea-Curmi

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna tat messaġġ qawwi lilna lkoll – lis-soċjetà Maltija u lill-Knisja f’Malta. Hi, qabelxejn, il-preżenza tiegħu kollha mħabba, il-ġesti tiegħu li juru kompassjoni, viċinanza u tenerezza, li fihom infushom jgħidulna ħafna u jagħtuna l-isbaħ messaġġ. L-entużjażmu li bih tant nies laqgħu lill-Papa juri apprezzament kbir għal din il-preżenza tiegħu fostna.

Hemm ħafna wkoll fil-kliem li qalilna, u nixtieq li nirriflettu fuq punti partikulari mid-diskors li hu għamel lill-awtoritajiet ċivili – diskors li wera kemm jaf sewwa s-soċjetà Maltija… Kompli aqra »

“Infittxu l-fwieħa tal-maħfra u l-paċi” – L‑Arċisqof

Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

I would like to greet our catechumens who today will receive Baptism, Confirmation and partake, share in the Eucharist which we celebrate today. Welcome to this very important day in your life and in the life of the Church.

Waqt li nilqa’ lil ħutna l-katekumeni li llum se jirċievu l-Magħmudija, il-Griżma u jitqarbnu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, nilqa’ fostna wkoll il-komunitajiet tal-Mixja Neokatekumenali li llum ukoll b’mod solenni qegħdin iġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija ma’ kull kull wieħed u waħda minna li tgħammidna… Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Ħadd il-Għid – 17 ta’ April, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Ħadd il-Għid: 17 ta’ April

L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennità – Quddiesa tal-Jum
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 10:34a,37-43
Salm: 117(118):1-2,16ab-17,22-23
It-Tieni Qari: Kol 3:1-4 jew 1 Kor 5:6b-8

L-Evanġelju: Ġw 20:1-9 jew Lq 24:13-35

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu lill-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jgħammed erbatax-il adult minn għaxar pajjiżi differenti

Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (magħmudija, griżma u tqarbin) lil erbatax‑il katekumenu, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija.

L‑erbatax‑il adult, li llejla b’dawn is‑sagramenti ser isiru membri ġodda tal‑Knisja Kattolika, huma minn għaxar pajjiżi differenti: Malta, iċ‑Ċina, il‑Kosta tal‑Avorju, il‑Portugall, ir‑Repubblika Ċeka, ir‑Russja, il‑Libja, il‑Kuwajt, in‑Nepal u l‑Albanija… Kompli aqra »

Ġesù msallab: l-imħabba rebbieħa – L-Isqof Galea-Curmi

L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, il-Birgu

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta l-Papa Franġisku kien Malta, l-aħħar laqgħa li kellu kienet f’Ħal Far mal-migranti. Kien hemm uħud mill-aġenziji tal-media, anke barranin, li biex jiddeskrivu l-post, qalu: hawn għandna l-palk li minn fuqu se jitkellem il-Papa, u billi se jkun hemm ħafna migranti Musulmani, il-palk ma għandux kurċifiss.

Ma nafx min ħareġ biha din, għax mhu veru xejn. Mhu veru xejn li tneħħa jew twarrab il-kurċifiss għax fost il-migranti kien hemm ħafna Musulmani… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Via Crucis: Mulej agħmel li qatt ma nkunu għedewwa tas-salib ta’ Kristu, biex nieħdu sehem fil-glorja tal-qawmien tiegħu

  Ruma, l-Italja

Pope Francis presides over the Way of the Cross on the evening of Good Friday, with families offering meditations for each of the 14 Stations based on their own experiences of suffering and hope.

The traditional Via Crucis returned on Good Friday evening to the Colosseum in Rome for the first time since 2019, a hiatus of nearly three years… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Sibt il-Għid: 16 ta’ April

L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1:1 – 2:2
Salm: 103 (104):1-2a,5-6,10,12,13-14,24,35ċ
It-Tieni Qari: Ġen 22:1-18
Salm: 15 (16):5,8,9-10,11
It-Tielet Qari: Eż 14:15 – 15:1
Salm: Eż 15:1-2,3-4,5-6,17-18
Ir-Raba’ Qari: Is 54:5-14
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11,12a,13b
Il-Ħames Qari: Is 55:1-11
Salm: Is 12:2-3,4bċd,5-6
Is-Sitt Qari: Bar 3:9-15,32 – 4:4
Salm: 18 (19):8,9,10,11
Is-Seba’ Qari: Eżek 36:16-17a,18-28
Salm: 41 (42):3.5bċd; 42 (43):3,4
It-Tmien Qari: Rum 6:3-11
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,22-23

L-Evanġelju: Lq 24:1-12

Kmieni mas-sebħ ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew… Kompli aqra »