Yearly Archives: 2022

Arċipriet u kappillan ġdid għall-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u Ħal Safi

Dun David Farrugia Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun David Farrugia bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad‑Dingli.

Dun David Farrugia twieled Ħ’Attard fl‑24 ta’ April 1979. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja f’Ħal Qormi (San Ġorġ), l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal‑Ħandaq, Ħal Qormi, u l‑edukazzjoni postsekondarja fil‑Junior College, l‑Imsida. Kompla l‑istudjiu terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa f’Ħadd il-Palm – 10 ta’ April 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 10 ta’ April

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 50, 4-7
Salm: 21 (22), 8-9.17-18a.19-20.23-24
It-Tieni Qari: Fil 2, 6-11

L-Evanġelju: Lq 22:14 – 23, 56

I

K Meta sar il-ħin, Ġesù qagħad fuq il-mejda flimkien mal-appostli, u qalilhom:

“Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati! Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla”… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – Ħadd il-Palm

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-Ħadd il-Palm 2022

Evanġelju: Lq 19:28-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad it-triq u beda tiela’ lejn Ġerusalemm, miexi quddiem l-oħrajn. U meta wasal qrib Betfaġe u Betanja, ħdejn l-għolja li jgħidulha taż-Żebbuġ, bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru fir-raħal ta’ biswitna; kif taslu, issibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh. Jekk xi ħadd jistaqsikom: “Għalfejn qegħdin tħolluh?”, għidulu hekk: “Il-Mulej għandu bżonnu”… Kompli aqra »

Omm li tifhimna, takkumpanjana, tgħallimna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Jum id-Duluri għall-impjegati tal-APS Bank

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ Preca, is-Swatar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ stampi reċenti, fost ħafna oħrajn, ta’ dulur kbir, li huma ta’ persuni milquta mill-invażjoni tal-Ukrajna. Waħda minnhom hi ta’ omm li tilfet lil binha ta’ erba’ snin. Dat-tifel flimkien man-nanna ppruvaw li jaħarbu mis-suldati li kienu viċin, imma rikbu f’dgħajsa li nqalbet fix-xmara. It-tifel għall-ewwel ma sabuhx, u damet 26 ġurnata tistenna li jsibuh. Fl-aħħar sabuh, imma kien mejjet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37:21-28
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Ġw 11:45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali… Kompli aqra »

It-talba tal-Papa Franġisku lill-Madonna tal-Mellieħa

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

Omm Verġni tal-Verb Inkarnat,
Omm Alla meqjuma għal sekli sħaħ
f’dan il-post qaddis.
Ġenerazzjonijiet ta’ Maltin resqu lejk u talbuk;
hawn sabu s-serħan, il-faraġ u l-ħarsien.

Verġni Omm,
kun għalina Omm it-Tenerezza
li tilqa’ lil kulħadd bħala wlied il-Missier
u twassalhom għat-tgħannieqa tal-Ħniena mill-aktar ħelwa.

Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Viċinanza
li tersaq biex tiltaqa’ ma’ kull persuna li qed tbati u togħtor,
u twassalha għall-fejqan tal-ġisem u tar-ruħ… Kompli aqra »

F’Jum id-Duluri, nifhmu u napprezzaw it-tenerezza tal-Madonna – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż għalina, għad-devozzjoni popolari tal-Maltin u l-Għawdxin, ejjew nifhmu dak li xtaq Ġesù, imsallab fuq is-salib aħrax, li ħejjejnielu. Meta ra lil ommu u ddeċieda li jafdaha, mhux lil oħtha li kienet hemm. L-Evanġelju stess jgħid li m’ommu kien hemm: “oħt ommu” (Ġw 19:25). Kien hemm xi ħadd mill-familja. Imma hu ddeċieda li jafda lil ommu lid-dixxiplu l-maħbub… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa tad-Duluri u l-Kurċifiss Mirakoluż

  Il-Belt Valletta

Nhar it‑Tnejn li ġej, 11 ta’ April, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jmexxi l‑pellegrinaġġ nazzjonali bl‑istatwa devota tad‑Duluri u l‑Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu, fit‑toroq tal‑Belt Valletta. Il-pellegrinaġġ se jibda fis‑6pm mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu). Fi tmiem il‑pellegrinaġġ tingħata l‑barka sagramentali.

Matul il‑pellegrinaġġ se jsir talb sabiex il‑Mulej jgħinna waqt dan iż‑żmien ta’ nuqqas ta’ paċi fid‑dinja, b’mod speċjali fl‑Ukrajna u r‑Russja… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa 2022

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom l‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jistieden ukoll lill‑Insara jattendu għaċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jippresiedi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq TVM, TVMNews+ u online fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑Ħadd li ġej, 10 ta’ April, fis‑9:30am, Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fejn jinqara r‑rakkont tal‑passjoni mill‑Evanġelju skont San Luqa… Kompli aqra »