Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:25-31
Salm: 102 (103):1-2,3-4,8 u 10

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

Qaddis tal-jum: San Ambroġ, isqof u duttur tal-Knisja Kompli aqra »

Il-Patrijarka f’laqgħa mal-migranti

Il-Patrijarka Bartilmew I dalgħodu, 6 ta’ Diċembru, iltaqa’ ma’ wħud mill-migranti mill-Etjopja, is-Sudan, l-Ukrajna, u l-Eritrea fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Iltaqa’ wkoll ma’ rappreżentanti ta’ NGOs li jaħdmu mal-migranti fosthom il-Kummissjoni Migranti, Patri Dijonisju Mintoff mil-Laboratorju tal-Paċi, u Dr Neil Falzon mill-Aditus Foundation. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Isqfijiet.

Wara li sema’ lill-migranti u l-membri tal-NGOs, il-Patrijarka qal, “Kollha għandkom sfidi differenti u individwali imma l-fattur komuni bejnietkom hu li intom tinsabu ’l bogħod minn darkom… Kompli aqra »

Għandna nibqgħu niddefendu lil uliedna b’mod speċjali dawk fil-ġuf – L-Arċisqof

  Il-Kappella ta’ San Niklaw, Is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum ilaqqagħna ma’ persunaġġ li jintroduċina għall-miġja fil-qrib ta’ Ġesù. Ġwanni huwa dak li mibgħut qabel il-Mulej. Fil-fatt, wieħed mit-titli ta’ Ġwanni huwa l-Prekursur: dak li jiġi qabel il-Mulej.

L-Evanġelju ta’ San Ġwann jintroduċih b’titlu ieħor: il-Battista, għaliex introduċa dan ir-rit ta’ magħmudija fix-xmara Ġordan. Hu stess jgħid li huwa rit sinjal ta’ ndiema, li inti qed tagħraf dnubietek u titlob maħfra ’l Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:1-11
Salm: 95 (96):1-2,3 u 10aċ,11-12,13

L-Evanġelju: Mt 18:12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu… Kompli aqra »

L-ebda diżabilità ma tista’ tibdel il-fatt li aħna lkoll ulied l-istess Missier – Il-Papa

  San Ġovanni Lateran, Ruma

Għeżież ħuti!

Kif jgħid l-Appostlu Pawlu, kollha kemm aħna nżommu t-teżor tal-ħajja f’ġarrar tal-fuħħar. (Ara 2 Kor. 4:7) Il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità jistedinna nagħrfu li l-fraġilità tagħna bl-ebda mod ma toskura, “id-dawl tal-Evanġelju tal-glorja ta’ Kristu”, iżda minflok tiżvela li, “il-qawwa straordinarja tagħha tappartjeni lil Alla u ma tiġix minna.” (2 Kor 4:4,7) Kull wieħed u waħda minna, apparti minn xi mertu jew distinzjoni, rċevejna l-Evanġelju kollu kemm hu, u ma’ dan, l-impenn ferrieħi li nipproklamawh… Kompli aqra »

It-tieni Ħadd tal-Avvent – Paċi

Il-paċi.

Fejn se mmorru biex insibu l-paċi? Forsi xi wħud jgħidu fil-kampanja, waqt sessjoni tal-gym, f’xi mixja sal-quċċata ta’ muntanja, waqt logħba sportiva, waqt li qed naraw it-televiżjoni wara ġurnata twila, waqt li qed ngħumu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, jew nisimgħu l-mużika.

Tkun xi tkun is-sitwazzjoni tiegħek waqt li qed taqra dan l-artiklu, nistiednek tieħu ftit minuti u tipprova dan l-eżerċizzju… Kompli aqra »

Tibda ż-żjara tal-Patrijarka f’Malta

Ilbieraħ l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi laqgħu lill-Qdusija Tiegħu l-Patrijarka Bartilmew I fl-arjuport internazzjonali ta’ Malta. Dalgħodu l-Arċisqof, flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet Maltin, laqgħu lill-Patrijarka u d-delegazzjoni li qed takkumpanjah fil-Palazz tal-Arċisqof, l-Imdina.

Waqt din iż-żjara l-Patrijarka u I-Arċisqof iddiskutew għadd ta’ temi ta’ interess reċiproku, fosthom ir-relazzjonijiet ekumeniċi reċiproċi, il-kura pastorali tal-membri tal-Knejjes Ortodossi f’Malta, l-użu tal-Knejjes Kattoliċi għal-Liturġiji Divini Ortodossi, il-fenomenu tal-migrazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-paċi fil-Mediterran u lil hinn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »