Yearly Archives: 2022

Quddiesa f’Ras ir-Randan – 2 ta’ Marzu 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2:12-18
Salm: 50 (51): 3-4,5-6a,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:20 – 6:2

L-Evanġelju: Mt 6:1-6,16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Marzu 2022

Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jitlob għall-paċi u għall-vittmi fuq iż-żewġ naħat

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ smajna d-djalogu bejn Ġesù u d-dixxipli tiegħu meta jurihom l-għana, li hi tajba fiha nnifisha, li jista’ jkollha l-periklu kbir li taqtgħek mill-proxxmu u minn Alla. Hu jispjegalhom ukoll li l-istedina tiegħu li jħallu kollox mhijiex stedina faċli.

Pietru jfakkru f’din il-ħaġa fuq ix-xatt tal-Baħar tal-Galilija. Pietru (li kien jismu Xmun is-sajjied) sema’ lil Ġesù jgħidlu: “Ejja warajja”… Kompli aqra »

Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Illejla t‑Tlieta l‑1 ta’ Marzu 2022, fis‑6pm, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għal ruħ l‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Din il-quddiesa tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Inħallu lil Alla jimlielna qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda”. Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum, skont San Mark, fuq ir-raġel li mar jgħaġġel biex ikellem lil Ġesù, inxteħet għarkopptejh, u qallu: “x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” Dar-raġel kien qed ifittex dak li tassew jista’ jimlielu qalbu. Ġesù lilu jagħmillu stedina. Meta r-raġel iwieġbu li l-kmandamenti segwihom, Ġesù jgħidlu: “mur, bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Marzu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 1:10-16
Salm: 97 (98):1.2-3ab,3ċ-4

L-Evanġelju: Mk 10:28-31

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”. Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

Ġbir ta’ fondi għall-Ukrajna

Caritas Malta b'sejħa ta' emerġenza

Fuq talba tal‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il‑poplu tal‑Ukrajna li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba l‑gwerra. Din hi waħda mill‑inizjattivi li l‑Knisja f’Malta qed tieħu biex tgħin lill‑poplu Ukren.

Madwar tliet miljun persuna Ukrena għandhom bżonn għajnuna umanitarja wara l‑attakki mir‑Russja li bdew fl‑24 ta’ Frar. L‑attakki mill‑armata Russa għamlu diversi ħsarat f’diversi bliet fil‑Lvant tal‑Ukrajna, fosthom fil‑kapitali Kiev, fejn ġew ibbumbardjati djar, appartamenti, sptarijiet u skejjel. 

Caritas Malta qed tappella għad‑donazzjonijiet biex permezz ta’ Caritas Internationalis tingħata l‑assistenza tant meħtieġa f’dan il‑pajjiż… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus dwar il-gwerer fid-dinja: Ħa jisktu l-armi!

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum Ġesù jistedinna nirriflettu fuq ħarsitna u kliemna. Il-ħarsa u l-kliem.

Qabel xejn, il-ħarsa. Il-Mulej jgħid li għandna r-riskju li nikkonċentraw ħarsitna fuq it-tibna f’għajn ħuna bla ma nindunaw bit-travu li għandna f’tagħna (ara Lq 6:41). Fi kliem ieħor, inkunu attenti ħafna għad-difetti tal-oħrajn, anki ż-żgħar daqs tibna, u bil-kalma kollha ninsew tagħna u ftit intuhom importanza. Hu minnu dak li jgħid Ġesù: dejjem insibu raġuni biex infittxu l-ħtija fl-oħrajn u niġġustifikaw lilna nfusna. U tant drabi nilmentaw minħabba dak li ma jkunx sejjer sew fis-soċjetà, fil-Knisja, fid-dinja, bla ma qabel neżaminaw lilna nfusna u bla ma nimpenjaw ruħna biex qabel kollox nibdlu lilna nfusna. Kull bidla għammiela, pożittiva, għandha tibda minna nfusna… Kompli aqra »