Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 15:13-14,30; 16:5-13a
Salm: 3:2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Mk 5:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu 1waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »

Il-Knisja m’għandhiex tieqaf titkellem minkejja li ma tagħmilx dejjem ir-rieda ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tal-Oratorju tas-Salesjani ta’ Dun Bosco, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dis-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa f’kapitlu 4 tibda b’sens kbir ta’ ammirazzjoni għal Ġesù: “Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). Imma d-diska malajr tinbidel għax lejn tmiem is-silta din l-ammirazzjoni tinbidel f’korla: “Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ’il barra mill-belt u ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija u riedu jixħtuh minn fuq għal isfel” (Lq 4:28-29)… Kompli aqra »

Bil-verità u bl-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb li indunajtu, fil-ġrajja tal-Evanġelju tal-lum, kif inbidlet l-imġiba tan-nies waqt li qed jisimgħu lil Ġesù. Fil-bidu, naqraw: “ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu”. Meta semgħuh, għoġobhom dak li qal, u laqgħuh. Dan fil-bidu. Imma lejn l-aħħar, wara li jkompli jkellimhom, naqraw li “kulħadd imtela bil-korla”.  Qanqal fihom rabja kbira u ħarġuh ’il barra mill-belt bl-iskop li jixtħuh mix-xifer tal-irdum tal-għolja għal isfel… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 30 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Oratorju tas-Salesjani ta’ Dun Bosco, Tas-Sliema

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:4-5,17-19
Salm: Salm 70(71):1-2,3-4a,5-6ab,15ab,17
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:31; 13:1-13

L-Evanġelju: Lq 4:21-30

F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. 

Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek… Kompli aqra »

22 entità jitolbu azzjoni immedjata b’rabta maż-żieda fil-prezz ta’ prodotti bażiċi tal-ikel

22 entità tal‑Knisja, li jaħdmu mill‑qrib mal‑persuni l‑aktar fil‑bżonn u vulnerabbli fis‑soċjetà, huma mħassba biż‑żieda fil‑prezzijiet ta’ bżonnijiet bażiċi speċjalment dawk tal‑ikel. Huma qed jappellaw lill‑mexxejja u l-istituzzjonijiet tal‑pajjiż sabiex ikomplu jagħtu prijorità lil dawn il‑persuni fil‑bżonn u jieħdu azzjoni biex iż‑żieda fil‑prezzijiet ma tagħmilx is‑sitwazzjoni tal‑faqar tagħhom f’Malta agħar milli hi. Dan hekk kif jirriżulta li ħafna mill‑prodotti bażiċi bħalma huma l‑għaġin, iz‑zalza u ż‑żejt għolew b’minn talanqas 20%… Kompli aqra »

Bla ma jaf kif – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bla ma jaf kif”. Hekk jgħid San Mark fl-Evanġelju llum meta jitkellem fuq din il-parabbola ta’ Ġesù, ta’ dan ir-raġel li xeħet iż-żerriegħa fl-art, u din tinbet u tikber bla ma jaf kif.

Din il-parabbola, li nsibuha biss f’San Mark, għandha x’tgħidilna ħafna għall-ħajja tagħna. L-ewwel nett turina li għas-saltna ta’ Alla hi meħtieġa l-ħidma tagħna. Aħna għandna sehem x’nagħtu fis-saltna ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 12:1-7a,10-17
Salm: 50 (51):12-13,14-15,16-17

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma.

Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda… Kompli aqra »

Ix-xogħol tat-Tribunal ikompli jesprimi l-viċinanza tal-Knisja fejn hemm feriti kbar – L-Arċisqof

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

It‑Tribunali tal‑Knisja tal‑Provinċja Ekkleżjastika Maltija ċċelebraw l‑inawgurazzjoni tas‑Sena Ġudizzjarja nhar l‑Ġimgħa 28 ta’ Jannar 2022, fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. L-Arċisqof Charles Scicluna ta d-diskors tal-ftuħ. Il‑Lectio Magistralis din is‑sena ngħatat mill‑Kardinal Mario Grech bit-tema ‘Id-Dinamika Sinodali tal-Proċess Ġudizzjali’.

Il‑Vigarji Ġudizzjali tat‑tliet Tribunali Ekkleżjastiċi taw il‑kontribuzzjonijiet tagħhom dwar it‑Tribunal Reġjonali tal‑Appell, it‑Tribunal Metropolitan ta’ Malta, u t‑Tribunal Djoċesan ta’ Għawdex. Il‑Vigarji Ġudizzjali aġġornaw ukoll lil dawk preżenti dwar il‑ħidma li t‑Tribunali tagħhom wettqu matul l‑2020 u l-2021… Kompli aqra »