Yearly Archives: 2022

Il-Mulej jinsisti li d-dawl li jpoġġi fil-Knisja ma jinħebiex – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta nkunu ttentati nagħmlu xi ħaġa fis-sigriet tajjeb naħsbu f’dal-kliem ta’ Ġesù: “M’hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, m’hemm xejn mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl (Mk 4:22). Imma Ġesù ovvjament mhux qed jitkellem fuq il-fenomenu, illum ħafna iżjed komuni ta’ xi ħaġa li mingħalik qed tgħidha bejn tnejn u inti tkun imxandra madwar id-dinja, fid-dinja tas-social media, imma qed jitkellem ukoll fuq id-dawl li jagħti lil kull min jaċċettah bħala s-sid u l-gwida ta’ qalbu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 11:1-4a,5-10a,13-17
Salm: Salm 50 (51):3-4,5-6a,6bċ-7,10-11

L-Evanġelju: Mk 4:26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jagħraf it-tbatija tal-ġenituri fit-trobbija ta’ wliedhom

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nieqaf fuq il-figura ta’ San Ġużepp bħala bniedem li joħlom. Fil-Bibbja, kif ukoll fil-kulturi tal-popli tal-qedem, il-ħolm kien meqjus mezz li permezz tiegħu Alla juri lilu nnifsu.[i] Il-ħolm jissimbolizza l-ħajja spiritwali ta’ kull wieħed u waħda minna, dak l-ispazju ġewwieni, li kull wieħed hu msejjaħ jieħu ħsieb, fejn Alla jurina min hu u spiss ikellimna… Kompli aqra »

Rapport Annwali fuq id-Drogi: Jonqos l-użu tal-eroina filwaqt illi aktar nies jagħmlu użu mis-servizzi ta’ appoġġ

L-użu tad-droga eroina kompla jonqos fost l-individwi li qed jieħdu trattament għall-vizzju, bl-istima ta’ persuni li jużaw din id-droga kuljum tinżel kważi bin-nofs fis-sena 2020 meta mqabbel mas-sena 2015. Kien hemm 1,098 (55%) persuna li fittxew l-għajnuna primarjament minħabba l-użu tal-eroina matul is-sena 2020.

Aktar minn hekk, naqas ukoll b’mod konsiderevoli l-għoti ta’ siringi mill-polyclinics, b’mod konsistenti. Fortunatament, naqsu wkoll l-imwiet b’rabta mal-overdose ta’ din id-droga… Kompli aqra »

Biex jitnaqqsu l-firdiet u l-piki ta’ bejnietna

Id-dokument ‘Yahad’, imħejji mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, hu mudell ta’ kif nistgħu ngħixu aħjar flimkien bħala soċjetà billi jitnaqqsu l-firdiet u l-piki ta’ bejnietna – li jistgħu jkunu marbuta ma’ politka partiġġjana, twemmin reliġjuż, futbol, każini tal-banda, familja – kif ukoll jiddewwew il-ġrieħi li ġġarrbu fil-passat.

Bl-Ebrajk, il-kelma ‘yahad’ tirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, u l-għan ta’ dan id-dokument huwa li nirriflettu fuq kif nistgħu nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli. 

‘Yahad’ jorbot mal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed’ li qed jitwettaq bħalissa mill‑Knisja f’Malta, u li jenfasizza l‑bżonn ta’ ħidma għal rikonċiljazzjoni li tfejjaq id‑diversi ġrieħi tal‑poplu f’Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:18-19,24-29
Salm: 131 (132):1-2,3-5,11,12,13-14

L-Evanġelju: Mark 4:21-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”. U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! … Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku jtemm il-missjoni tiegħu f’Malta

L-Arċisqof Alessandro D’Errico ħabbar li se jtemm il-ħidma tiegħu bħala Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għal Malta. Mons D’Errico, li għandu 71 sena, se jirtira bl-età u jħalli Malta fix-xhur li ġejjin.

Huwa wassal din l-aħbar personalment lill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex waqt laqgħa tal-Konferenza Episkopali li saret il-bieraħ fin-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

L-Arċisqof D’Errico qal li kienu diversi r-raġunijiet li wassluh li jieħu din id-deċiżjoni li ilu jirrifletti dwarha għal dan l-aħħar żmien… Kompli aqra »

L-Insara madwar id-dinja jingħaqdu fit-talb għall-paċi fl-Ukrajna

Photo: Believers attend a liturgy at the Cathedral of the Resurrection of Christ in Kyiv, Ukraine 

As the threat of Russian troops invading Ukraine continues to rise, Catholics around the world are joining in prayer for peace in the Eastern European country on Wednesday. The special day of prayer was called for by Pope Francis after his Angelus address on 23 January.

Prayer marathon in the Greek Catholic Church

Heeding the Pope’s appeal, the Major Archbishop of the Ukrainian Greek Catholic Church, Sviatoslav Shevchuk, is leading a prayer marathon in which every Greek Catholic archeparchy and eparchy across the world is taking part… Kompli aqra »