Yearly Archives: 2022

Il-qawwa ta’ Ġesù li tfejjaqna u teħlisna mix-Xitan – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark u x-xena teħodna mal-ewwel f’Kafarnahum. Kafarnahum kienet belt fuq l-għadira jew il-baħar tant kbir tal-Galilija jew ta’ Tiberijadi. Ġesù adotta din il-belt biex tkun qisha l-hub tat-tliet snin li għamel iterraq jgħallem u jipprietka, ifejjaq u jkeċċi x-xjaten fil-Galilija u fil-Lhudija.

Illum ir-rakkont tal-Evanġelju jeħodna propju fis-sinagoga ta’ Kafarnahum; il-fdalijiet tagħha għadhom magħna sal-lum… Kompli aqra »

Nies ta’ qalb ġeneruża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qegħdin hawnhekk fil-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù. L-Evanġelju skont San Mark jgħidilna li issa Ġwanni hu arrestat, u Ġesù jibda jxandar l-Aħbar it-Tajba. U jibda bil-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum. Is-Saltna ta’ Alla waslet, indmu u emmnu fl-Evanġelju”, kliem li juri wkoll ir-rabta ma’ Ġwanni l-Battista.

Nixtieq li naħsbu ftit fuq il-mod kif Ġesù jqiegħed din l-Aħbar it-Tajba. Jgħid: “is-Saltna ta’ Alla waslet”, imbagħad jistieden lin-nies biex jindmu u jemmnu fl-Evanġelju… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 9-20
Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

L-Evanġelju: Mk 1, 21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: it-talb hu l-muftieħ li jiftħilna qlubna għall-Mulej

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum itina x-xena li biha tibda l-ħajja pubblika ta’ Ġesù: Hu li hu Iben Alla u l-Messija, imur fuq ix-xatt tax-Xmara Ġordan biex jitgħammed minn Ġwanni l-Battista.  Wara madwar 30 sena mgħixa kważi fil-moħbi, Ġesù ma jippreżentax ruħu b’xi miraklu jew minn fuq xi kattedra biex jgħallem. Joqgħod fil-kju flimkien mal-poplu li kien imur biex jitgħammed minn Ġwanni. L-innu liturġiku tal-lum jgħid li l-poplu kien imur biex jitgħammed bl-ispirtu u saqajh għerja, bl-umiltà… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 1-8
Salm: 115 (116), 12-13.14-17.18-19

L-Evanġelju: Mk 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”. Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

L-għaxqa tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Żgur li ħafna minna hawnhekk ma niftakrux dakinhar li tgħammidna. Konna żgħar ħafna, forsi kellna ftit ġranet jew ġimgħat, u għalhekk ma konniex aħna li ġejna għall-magħmudija tagħna. Kienu l-ġenituri li ġarrewna u li għamlu din l-għażla għalina għax riedu li mill-ewwel mumenti ta’ ħajjitna jagħmlu għalina l-isbaħ u l-aħjar għażliet.

Dakinhar tal-magħmudija, kienu l-ġenituri tagħna li għamlu l-istqarrija tal-fidi u riedu li aħna nsiru ħaġa waħda ma’ Ġesù Kristu u nkunu, u nagħrfu li aħna, ulied għeżież ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-magħmudija tal-ħniena tal-Mulej – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pompej, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Feġġet it-tjieba ta’ Alla Salvatur tagħna u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin” (Titu 2:11). Din il-frażi tal-Appostlu Missierna San Pawl mill-ittra li kiteb lid-dixxiplu żagħżugħ Titu tiġbor dak kollu li ċċelebrajna f’dawn l-aħħar ġimgħat. “Dehret it-tjieba ta’ Alla Salvatur tagħna u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin.”

Illum qegħdin niċċelebraw il-magħmudija tal-Mulej li permezz tagħha jinawgura l-missjoni tiegħu li damet tliet snin u li mill-Ġordan wasslitu fuq l-Għolja tal-Kalvarju għall-qabar midfun u li minnu rxoxta… Kompli aqra »

Il-paċenzja tagħmel l-imħabba konkreta – L-Arċisqof

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2020 u fl-2021

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kellmu lil qalb Ġerusalemm” (Iż 40:2). Kemm hi sabiħa din l-espressjoni li juża l-Profeta Iżaija, meta jitkellem dwar il-messaġġ li qed iħoss b’mod qawwi, li Alla jrid iwassal permezz tiegħu. “Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi, jgħid Alla tagħkom. Kellmu lil qalb Ġerusalemm u għidulha li ntemm il-jasar tagħha, tħallset ħżunitha” (Iż 40:1-2).

B’xi mod biex inkunu kkonkludejna dan l-istaġun li bdejna fl-Avvent li għadda, iżjed minn xahar ilu, nerġgħu nisimgħu dik l-istedina: “Ħejju t-triq għall-Mulej… wittu għal Alla tagħna mogħdija fix-xagħri… Kompli aqra »