Yearly Archives: 2022

Quddiesa tal-Ħadd – 9 ta’ Jannar, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pompej, Marsaxlokk

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum
Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa

L-Ewwel Qari: Is 40, 1-5.9-11
Salm: 103 (104), 1b-2.3-4.24-25.27-28.29-30
It-Tieni Qari: Titu 2, 11-14; 3, 4-7

L-Evanġelju: Lq 3, 15-16. 21-22

F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu… Kompli aqra »

Rispett, kompassjoni u sensittività – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fi żmien Ġesù, dawk li kienu morda bil-marda tal-lebbra kienu mhux biss ibatu minħabba l-marda tagħhom, imma wkoll għax kienu maqtugħin għalihom fis-soċjetà. Fil-fatt kien hemm liġijiet li jgħidu li jekk xi ħadd ikun marid b’din il-marda għandu jżomm mhux biss distanza kbira – ħafna aktar mid-distanza soċjali li aħna suppost qed inżommu fil-pandemija – imma wkoll li jekk jara lil xi ħadd jersaq fil-qrib, jibda jgħajjat biex min ikun ma jfettillux jiġi fil-qrib u jkun f’riskju li jittieħed… Kompli aqra »

Nixtiequ tarbija: il-vjaġġ tal-IVF u dak kollu li jġib miegħu

  Seminar mill-Moviment ta' Kana

L-IVF sar wieħed mir-realtajiet kbar fost il-koppji li jkunu jixtiequ tarbija. Fl-2012 daħlet il-liġi tal-IVF u wara ġiet emendata fl-2018. Minn dak iż-żmien ħafna koppji li kienu għadhom bla tfal u li kellhom xewqa kbira li jkollhom tarbija, bdew jaraw din il-liġi bħala bidu ta’ vjaġġ ta’ tama li jkunu huma wkoll ġenituri.

X’hemm marbut ma’ dan il-vjaġġ? X’sagrifiċċji jridu jgħaddu minnu dawn il-koppji? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 14-21
Salm: 149, 1-2.3-4.5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 3, 22-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs… Kompli aqra »

Live: Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2020 u fl-2021

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 5-13
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Lq 5, 12-16

Darba Ġesù kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih il-lebbra marritlu. Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd… Kompli aqra »

L-Arċisqof bi twissija formali lil Dun David Muscat

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħareġ twissija formali lil Dun David Muscat, li fil‑Liġi Kanonika hi msejħa preċett penali, u tah struzzjonijiet biex fil‑fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u  jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l‑ministeru saċerdotali fil‑pubbliku.

L‑Arċisqof qal lil Dun David Muscat biex ineħħi post fuq Facebook, fejn is‑saċerdot sostna li tkun gay huwa agħar milli tkun ippossedut, u biex ma jużax lingwaġġ insulenti jew li jweġġa’ kontra kwalunkwe grupp jew individwu… Kompli aqra »

“Nitlobkom maħfra” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tolqotni ħafna l-aħħar espressjoni ta’ dan l-Evanġelju sabiħ li fih Ġesu jħabbar il-programm tiegħu. “Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). L-istil ta’ Ġesu, kif iħobb jinsisti ħafna anke l-Papa Franġisku, mhuwiex l-istil ta’ min iwaddab il-ġebel. Il-kelma ħelwa ta’ Ġesu taf twiddeb u twissi imma qatt mhija nieqsa mill-imħabba.

Dawn l-aħħar sigħat ħafna kkuntattjawni biex juru d-dispjaċir tagħhom, ir-rabja, id-diżgust għall-kliem li s-saċerdot minn tagħna qal fuq ħutna l-gays… Kompli aqra »