Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1: 1-4
Salm: 96: 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Ġw 20: 2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59
Salm: 30:3cd-4,6ab,7b,8a,16

L-Evanġelju: Mt 10:17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu.  … Kompli aqra »

L-irbit li jorbot – L-Arċisqof

Article by Archbishop Charles Jude Scicluna

O sweet tender embrace of motherly care
O kiss of a son doting, so full of love!
Teach us to cherish each life; help us to share
Blessings of joy; show us the Way from above.

I was inspired to write this short poem in recent days by the beautiful, 900-year-old icon of Our Lady Mary of Damascus that takes pride of place at the Greek Catholic Church, in Valletta, which is entrusted to the Greek Catholic community in Malta. 

The manner in which Jesus as a child embraces his mother is striking, for it seems to go beyond a tender hug… Kompli aqra »

Biex kulħadd ikun jista’ jagħraf il-miġja tal-Mulej fostna fil-ħidma tad-djakonija

Attivitajiet f'Jum il-Milied

Illum, f’Jum il-Milied, id-Djakonija Parroċċi wasslet ikliet, ħelu u ġugarelli lil nies li jgħinu fil-parroċċi Maltin. Dan sar grazzi għal 85 voluntier permezz ta’ 50 karozza. L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi żar u tkellem mal-voluntiera waqt il-ħidma tagħhom miċ-Ċentru Parrokkjali tal-Iklin.

“Minkejja li r-restrizzjonijiet tal-pandemija naqsu sew, għad għandna nies li għal xi raġuni jew oħra jkunu marbutin f’darhom u ma jistgħux joħorġu jiċċelebraw mal-qraba u l-ħbieb,” spjega Albert Debono, il-Kap tat-Taqsima tad-Djakonija… Kompli aqra »

Iben Marija ta’ Nazaret li llum jitwieled biex nieħdu r-ruħ – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kollox bih sar u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih” (Ġw 1:3). “Il-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin, dawl jiddi fid-dlam” (Ġw 1:4). Dan il-kliem li jibda u jintroduċi l-Evanġelju skont San Ġwann u li l-Knisja taqra f’dawn l-aħħar 2000 sena meta tfakkar it-twelid ta’ Ġesu fil-quddiesa ta’ jum il-Milied, jiġbru il-valuri prinċipali li aħna qegħdin niċċelebraw. 

Ilna nistennewha dil-ġurnata u ta’ min nieqfu u nistaqsu lilna nfusna: imma għaliex din iċ-ċelebrazzjoni kollha? … Kompli aqra »

Jalla f’dan il-Milied lkoll ikollna ċans nerġgħu nersqu lejn il-Mulej – L-Arċisqof

Eċċellenza, President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Abela; għażiża Georgia Mae; Dr Bernard Grech u Sinjura Grech. Ma nixtieqx ninsa lill-Ispeaker Dr Anglu Farrugia. Ningħaqad magħhom ilkoll biex inwassal tislijiet ta’ Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-poplu għażiż tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil min poġġiena f’dan l-ambjent straordinarju sabiħ ta’ dwal, ta’ festa, ta’ ferħ. U l-poplu li nġabar hawnhekk f’dan it-temp sabiħ, li ppermetta li aħna ngawdu dan iż-żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. 

Qed nieħu pjaċir ukoll, li qrib tagħna għandna x-xbihat għeżież tal-Madonna bil-Bambin, u ta’ San Ġużepp… Kompli aqra »

Jalla fil-kultura tagħna kull wild jibqa’ aħbar tajba u barka – L-Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir” (Iż 9:1). Hekk jgħid il-profeta Iżaija fil-profezija li qrajna llum f’dan il-lejl qaddis: “Il-poplu li kieni miexi fid-dlam ra dawl kbir”.

Din hi l-kelma wkoll li biha aħna l-Maltin kull 10 ta’ Frar nibdew il-liturġija solenni f’ġieħ in-nawfraġju tal-Appostlu Misierna San Pawl. Għax aħna konna poplu miexi fid-dlam u rajna dawl kbir meta Pawlu, l-appostlu missierna laqqagħna ma’ Ġesu ta’ Nazaret… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fil-jum tal-Milied – 25 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Katidral Metropolitan, L-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »