Yearly Archives: 2022

Mhux iżjed reliġjon għandna bżonn imma iżjed fidi – L-Arċisqof

Quddiesa fis-27 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesu jagħżel 12 u jsejħilhom appostli. It-talba ta’ dan il-grupp hi t-talba f’isimna lkoll: “Kattar fina l-fidi” (Lq 17:5). Hi talba li għandna bżonnha. Ħafna drabi aħna marbutin mar-reliġjon u nagħmlu sewwa. Ir-religjon hi dak kollu li jgħinna niġu f’kuntatt ma’ Alla personalment u bħala komunità, bħala familja. Ir-reliġjon allura hi magħmula wkoll mis-sinjali konkreti, mir-ritwali tagħna. Aħna Malta għandna tradizzjonijiet qawwija u antiki… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ottubru 2022

Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 2 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann wann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Ottubru

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħab 1:2-3; 2:2-4
Salm: 94 (95):1-2,6-7,8-9
It-Tieni Qari: 2 Tim 1:6-8,13-14

L-Evanġelju: Lq 17:5-10

F’dak iż-żmien, l-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi!”. Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut: “Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar”, u hi kienet tisma’ minnkom… Kompli aqra »

Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-post għażiż għad-devozzjoni lejn l-Arkanġli u San Mikiel illum nitolbu l-ħarsien tal-arkanġli u tal-anġli. Aħna dalwaqt ukoll nagħmlu festa kbira għall-anġli kustodji kollha fit-2 ta’ Ottubru imma dawn il-jiem jibdew billi nfakkru tliet anġli li fl-Iskrittura jissemmew b’isimhom, jingħataw it-titlu ta’ arkanġli għax jingħataw missjoni importanti, u wkoll jgħallmuna bl-isem magħżul għalihom xi tfisser l-interċessjoni tal-anġli.

L-Arkanġlu San Mikiel ismu jfisser: min hu bħal Alla? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 42:1-3,5-6,12-17
Salm: 118 (119):66,71,75,91,125,130

L-Evanġelju: Lq 10:17-24

F’dak iż-żmien, it-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek”. U Ġesù qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom… Kompli aqra »

Ħażin li jkollna l-aġendi personali tagħna fil-Knisja li huma mbiegħda ħafna mill-aġenda ta’ Ġesù

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Skolastika

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jikkonfronta l-ambjent addottiv tiegħu, Korażajn, Betsajda, bir-responsabbiltà li għandu. Nistgħu nieħdu wkoll il-Kelma tiegħu bħala stedina għal kull wieħed u kull waħda minna. Il-providenza taċ-ċirkustanzi fil-ħajja, li kull wieħed u kull waħda minna tatna missjoni fil-Knisja. Kulħadd hu importanti, kulħadd għandu rwol essenzjali biex il-komunità ta’ dawk li jemmnu f’Ġesù, li huma wkoll konxji bid-dgħufija u d-dnubiet tagħhom, ilkoll kemm aħna nkunu xhieda tal-imħabba li rċevejna, li nkunu xhieda tal-imħabba ta’ Ġesù fid-dinja… Kompli aqra »

L-għażla f’idejna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Korożajn, Betsajda u Kafarnahum huma tlett ibliet li Ġesù jsemmi fl-Evanġelju llum skont San Luqa. Kienu bliet in-naħa ta’ fuq tal-baħar tal-Galilija – Betsajda u Kafarnahum mal-baħar, u Korożajn ftit ’il fuq. Huma bliet marbuta mal-ministeru ta’ Ġesù. Għalkemm Korożajn ma tissemmiex ħlief hawn, imma Betsajda – il-kelma tfisser id-dar tas-sajd – kien il-post minn fejn ġew tlieta mill-appostli ta’ Ġesù: Filippu, Indri u Pietru… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 38:1.12-21; 40:3-5
Salm: 138 (139):1-3,7-8,9-10,13-14ab

L-Evanġelju: Lq 10:13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? … Kompli aqra »