Yearly Archives: 2022

Naqdu lil Alla mhux lil flus – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa tal-25 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-amministratur li kellu r-raġel għani, li Ġesù jsemmi fil-parabbola fl-Evanġelju llum, kien jimxi b’mod diżonest. Xlewh li kien qed iberbaq il-ġid ta’ sidu, u jidher li din ma kinetx akkuża falza imma kien hemm verità f’din l-akkuża; fil-fatt, baqa’ jimxi b’mod diżonest sal-aħħar. Biex jgħatti xturu, beda jiftiehem ma’ min kellu jagħti xi ħaġa lis-sid – jissemmew iż-żejt u l-qamħ – biex jikteb inqas, u hekk iqarraq hemm ukoll… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 3:27-34
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab,5

L-Evanġelju: Lq 8:16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl… Kompli aqra »

Il-verità u s-sbuħija ma jinxtrawx bil-flus – L-Arċisqof

Quddiesa tal-25 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija f'Bir Miftuħ, il-Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jpoġġilna għażla diffiċli llum quddiemna: il-flus jew hu. Diffiċli ħafna anke għax aħna nifhmu li l-flus għandna bżonnhom. Imma li taħli ħajtek – ħa nuża din il-frażi ‘taħli ħajtek’ – li tiġri wara l-flus, mingħajr ma tgawdiha, hi bluha kbira. Għax donnu taħseb li l-ħajja mhu se tispiċċa qatt, ma jasal qatt il-mument meta trid tagħti kont tal-amministrazzjoni tiegħek… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 18 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella ta' Bir Miftuħ, il-Gudja

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Settembru

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 8:4-7
Salm: 112 (113):1-2,4-6,7-8
It-Tieni Qari: 1 Tim 2:1-8

L-Evanġelju: Lq 16:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? … Kompli aqra »

Jaqdu minn ġidhom – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-Evanġelju skont San Luqa hu l-evanġelju li jagħti importanza lin-nisa, l-iktar wieħed. Fil-fatt, hu fl-evanġelju tiegħu li nsibu li kien hemm dixxipli nisa. Illum jissemmew uħud minnhom – dixxipli ta’ Ġesù li kienu nisa – u dawn sabu f’Ġesù dak li salvahom, dak li ħelishom, u tahom ħajja ġdida. Fil-fatt naqraw li Ġesù kien “fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard” (Lq 8:2)… Kompli aqra »

Omm li hi magħna dejjem – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja tad-Duluri, il-Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Diċ-ċelebrazzjoni tal-lum ilkom tħejju għaliha mhux ħażin. Fr Timon ilu b’ħeġġa kbira, għal żmien twil, jipprepara għal din il-ġurnata speċjali. Nixtieq nirringrazzja ħafna lil Fr Timon, Rettur ta’ din il-knisja, għas-servizz li jagħti b’tant imħabba hawnhekk. Miegħu nirringrazzja wkoll lill-arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġejtanu, Kan. Walter Cauchi, kif ukoll lil Mons. Anton Gouder, li ilu żmien twil jagħti servizz f’din il-knisja, b’tant dedikazzjoni tiegħu għal din il-komunità… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:35-37,42-49
Salm: 55 (56):10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 8:4-15

F’dak iż-żmien, inġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejn Ġesù minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar tal-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx… Kompli aqra »

Fondazzjoni Sebħ tniedi proġett ta’ aftercare

Appell għall-għajnuna

Yvonne Mallia, id-direttur ta’ Fondazzjoni Sebħ, tindirizza l-konferenza

Waqt konferenza li saret din il-ġimgħa, Fondazzjoni Sebħ nediet servizz ta’ aftercare li se jkun offrut lil dawk in-nisa u wliedhom li jkunu soffrew vjolenza domestika u għamlu żmien jgħixu fix-xelter ‘Il-Milja’ kif ukoll lil żgħażagħ li kienu joqogħdu fid-djar tat-tfal. Dan is-servizz, li tant kien ilu jinħass il-bżonn tiegħu, hu meqjus bħala pont importanti biex jipprepara lil dawn il-persuni għal indipendenza totali… Kompli aqra »