Imut Mons. Philip Calleja
Għal madwar 50 sena kien id-direttur tal-Kummissjoni Emigranti
16/08/2022Tħabbret il-mewt ta’ Mons. Philip Calleja, li għal 70 sena ħadem b’risq l-emigranti Maltin u r-refuġjati li jfittxu ażil f’Malta u b’risq il-Knisja f’Malta.
Mons. Calleja miet illum it-Tlieta, 16 ta’ Awwissu 2022, fl-3:45am fid-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys, fl-età ta’ 93 sena.
Mons. Philip Calleja twieled fit-8 ta’ Diċembru 1928 fil-Belt Valletta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Awwissu 1953.
Għal madwar 50 sena kien id-direttur tal-Kummissjoni Emigranti, li twaqqfet fl-1950 fi ħdan l-Azzjoni Kattolika minħabba l-eżodu kbir ta’ Maltin lejn pajjiżi oħra… Kompli aqra »