Yearly Archives: 2022

Membri ġodda tal-KDT jiltaqgħu mal-Arċisqof

  Il-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi

Membri ġodda tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) iltaqgħu għall-ewwel darba mal-Arċisqof Charles Jude Scicluna nhar it-Tlieta 2 ta’ Awwissu, 2022. Din il-laqgħa seħħet fil-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi. 

Normalment il-KDT tiltaqa’ tliet darbiet fis-sena mal-Arċisqof biex flimkien jiddiskutu diversi temi spiritwali jew soċjali li jolqtu lit-tfal. Madankollu l-attività tal-bieraħ saret b’mod differenti minħabba li sar tibdil konsiderevoli fil-membri u minflok saret b’tali mod li l-Arċisqof isir jaf aħjar lit-tfal u huma lilu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Naħum 2:1,3; 3:1-3,6-7
Salm: Dewt 32:35ċd-36ab,39abċd,41

L-Evanġelju: Mt 16:24-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tirreġistra surplus u żżid l-għajnuna fil-pandemija

Ir-rapport finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2021

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fl‑2021, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha iktar minn 100 entità u timpjega iktar minn 1,340 persuna, irreġistrat surplus ta’ €3.4 miljuni. Dan kien riżultat tad‑dħul tad‑dividend mill‑APS Bank wara nuqqas ta’ sena, minn bejgħ ta’ proprjetà, u minn titjib fil‑ġbir mill‑parroċċi meta mqabbel mas‑sena 2020.

Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fejn qal li l‑Arċidjoċesi bdiet tirkupra mill‑effetti negattivi ta’ natura finanzjarja li ħalliet il‑pandemija… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza jiddeskrivi l-vjaġġ fil-Kanada bħala ‘pellegrinaġġ penitenzjali’

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi: Il-Vjaġġ appostoliku fil-Kanada

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq naqsam magħkom xi riflessjonijiet fuq il-vjaġġ appostoliku li għamilt fil-Kanada fil-jiem li għaddew. Kien vjaġġ differenti mill-oħrajn. Fil-fatt, il-motivazzjoni prinċipali kienet li niltaqa’ mal-popli indiġeni biex nesprimi lilhom il-qrubija tiegħi u n-niket tiegħi u nitlob maħfra – nitlob maħfra – għad-deni li sarilhom minn dawk l-Insara, fosthom ħafna Kattoliċi, li fil-passat ikkollaboraw mal-politika ta’ assimilazzjoni imposta u ta’ emanċipazzjoni tal-gvernijiet tal-epoka… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:31-34
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 16:13-23

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, u staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”. “Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:1-7
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Mt 15:21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”. Iżda hu ma weġibhiex kelma.

Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”… Kompli aqra »

Alla permezz ta’ ħutna, imidd idu, jaqbadna u jsalvana – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm diversi mumenti ta’ dan id-djalogu bejn Ġesù u Pietru li għadna kemm smajna, li jibqgħu mmarkati f’qalbna. Ġesù jgħid kliem li hu ta’ kuraġġ. Meta jibżgħu mid-dehra tiegħu miexi fuq il-baħar, jgħidilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” (Mt 14:27). Min jaf kemm mumenti fil-ħajja tagħna, ngħaddu minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà kbira u jkollna bżonn nisimgħu din il-Kelma tal-Mulej… Kompli aqra »