Yearly Archives: 2022

L-għażla bejn li tisparpalja l-patrimonju jew tħaddmu biex jikber – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur (NAO)

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina ta’ Ġesù tirrepeti ruħha diversi drabi fl-Evanġelju: “Min għandu widnejn ħa jisma’!” (Mt 13:43). Qed jgħid hekk għax il-kliem li għadna kemm smajna, li hu tifsira li jagħti ta’ waħda mill-parabboli – il-parabbola tas-sikrana fl-għalqa, propju huma kliem li jimpenjawna ħafna.

Jista’ jkun ukoll li wieħed jgħid kemm huma kliem qawwija dawn meta l-Mulej jitkellem dwar il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna… Kompli aqra »

“Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok” – It-talba tagħna lill-Mulej f’għeluq is-60 sena mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca

Quddiesa fis-60 sena mill-mewt ta' San Ġorġ Preca

  Il-Kappella ta' Fra Diegu, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Emmint, u għalhekk tkellimt” (2 Kor 4:13). Kemm hu sabiħ dan il-kliem li l-Appostlu Missierna San Pawl jgħid lill-Korintin, in-nies tal-belt fil-Ġreċja li jisimha Korintu. Lin-nies tal-belt ta’ Korintu, San Pawl kitbilhom żewġ ittri u is-silta li smajna proprju llum hija mit-tieni ittra li kiteb lin-nies ta’ Korintu. “U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. Imma billi aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub, ‘Emmint, u għalhekk tkellimt,’ aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna, għax nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù” (2 Kor 4:12-14)… Kompli aqra »

60 sena ilu miet Dun Ġorġ

L-ewwel Superjur Ġenerali, Eugenio Borg (Gege) jbus lil Dun Ġorġ mejjet

Minn sentejn ’l hawn is-26 ta’ Lulju hu marbut mal-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani ċċelebrat fl-eqreb Ħadd fuq xewqa tal-Papa Franġisku. Dan għaliex f’din il-ġurnata l-Knisja fil-kalendarju tagħha tfakkar in-nanniet ta’ Ġesù, Sant’Anna u San Ġwakkin.

Imma għal Malta u b’mod speċjali għas-Soċjetà tal-Museum dan hu wkoll il-jum tal-anniversarju mill-mewt tal-fundatur… Kompli aqra »

Fuq il-lemin u fuq ix-xellug – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Ġakbu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek” (Mt 20:21). Dan hu li talbet omm Ġakbu – li tiegħu qegħdin nagħmlu l-festa llum – u Ġwanni, dawn iż-żewġ aħwa. Talbet lil Ġesù biex iqegħidhom fl-aħjar postijiet: wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħu. Naraw kemm hu realistiku l-Evanġelju! Din l-omm riedet, għaż-żewġ uliedha, l-aħjar postijiet… Kompli aqra »

Policy ġdida tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika: it-tibdil fil-klima hi prijorità

The Secretariat for Catholic Education has approved its wide-ranging environmental policy, placing climate change as its key priority for the years ahead. Echoing Pope Francis’ belief that the world faces “the challenge of civilisation”, the policy argues that as an educational institution it has a responsibility to support, participate in, and where possible create initiatives that can help restore our ailing Earth.

This policy is based on holistic education, a deep sense of ownership and responsibility for the environment, and a strong commitment for the restoration of the environment and the life-sustaining processes that maintain it… Kompli aqra »

Quddiesa fil-25 anniversarju mit-twaqqif tal-NAO

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 14:17-22
Salm: 78 (79):8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Mt 13:36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.”

U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4:7-15
Salm: 125:1-6

L-Evanġelju: Mt 20:20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

Għallimna nitolbu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sbatax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Ix-xewqa li wrew id-dixxipli ta’ Ġesù meta qalulu “Mulej, għallimna nitolbu” (Lq 11:1) hi x-xewqa li għandu jkollna aħna lkoll bħala dixxipli ta’ Ġesù. Dan għax kontinwament f’ħajjitna hemm bżonn li nitgħallmu nitolbu.

Talb biex nipperswaduh

Kultant, fil-fatt, meta nitolbu, ikollna f’moħħna u f’qalbna xi ħaġa ftit differenti minn dak li Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu. Kultant it-talb tagħna jkun li aħna nafu diġà x’inhu l-aħjar, u mmorru quddiem il-Mulej biex nipperswaduh jaqbel magħna, biex hu jagħtina dak li nafu li għandna bżonn… Kompli aqra »