Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 6:1-8
Salm: 92 (93):1ab,1ċ-2.5

L-Evanġelju: Mt 10:24-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

Le għal ostakli ideoloġiċi u polarizzazzjoni ogħla, irridu naħdmu għal aktar għaqda fost l-Ewropej – COMECE

Stqarrija maħruġa mill-COMECE dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropej dwar l-abort

Fr Manuel Barrios Prieto (Photo: COMECE) In a statement released on today Friday 8 July 2022, Fr Manuel Barrios Prieto, General Secretary of the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE), regrets the adoption of a new resolution on abortion by the European Parliament. 

According to Fr Barrios Prieto, the resolution – entitle “US Supreme Court decision to overturn abortion rights in the United States and the need to safeguard abortion rights and Women’s health in the EU” – paves the way for a deviation from universally recognised human rights and misrepresents the tragedy of abortion for mothers in difficulties… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14:2-10
Salm: 50 (51):3-4,8-9,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Mt 10:16-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani… Kompli aqra »

L-Arċisqof Joseph Spiteri jinħatar Nunzju Appostoliku għall-Messiku

Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, ħatar lill-Arċisqof Joseph Spiteri, Arċisqof Titulari ta’ Serta u preżentament Nunzju Appostoliku fil-Liban, bħala n-Nunzju Appostoliku l-ġdid għas-Santa Sede fil-Messiku.

Mons. Joseph Spiteri twieled Tas-Sliema fl-1959 u ġie ordnat saċerdot fl-1984. Wara l-istudji tiegħu fil-Liġi Kanonika, huwa ngħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede, fejn ta servizz fil-Panama, l-Iraq, il-Messiku, il-Portugall, il-Greċja u l-Venezwela.

Fl-2009 Mons. Spieri ġie appuntat bħala l-Arċisqof Titulari ta’ Serta u Nunzju Appostoliku ta’ Sri Lanka… Kompli aqra »

Emendi IVF: “It-tbatija ma teliminahiex billi telimina l-ħajjiet” – Life Network

Ritratt: Vladimir Zuhovitsky  (Unsplash)

Il-Life Network Foundation, li hija għaqda mhux governattiva favur il-ħajja, qalet li t-tbatija ma teliminahiex billi telimina l-ħajjiet.

L-NGO qalet dan fuq Facebook b’referenza għall-emendi fil-liġi tal-IVF li jinkludu t-test ġenetiku li jsir fuq l-embrijun. Dan wara li l-Parlament approva it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar l-IVF b’66 voti favur u 3 voti kontra.

L-NGO qalet li hawn ħafna nies li qed jgħixu tbatija kbira u “aħna rridu nkunu hemm għalihom u magħhom”… Kompli aqra »

Avviż

Bħalissa l-Uffiċċju taż-Żwiġijiet fil-Kurja tal-Arċisqof jinsab magħluq. Jerġa’ jiftaħ nhar it-Tnejn 11 ta’ Lulju 2022. Għal aktar tagħrif ibgħat fuq [email protected].

Infakkru wkoll li t-Tribunal tal-Ewwel Istanza bħalissa wkoll magħluq għall-pubbliku. Dan jerġa’ jiftaħ is-Sibt, 9 ta’ Lulju. It-Tribunal Reġjonali tal-Appell jibqa’ miftuħ fil-ġranet tiegħu. Kompli aqra »

Il-Papa se jaħtar nisa fid-Dekasteru tal-Isqfijiet

Pope Francis with Sister Raffaella Petrini, F.S.E., the Secretary General of the Governorate of the Vatican City State

Pope Francis has announced his intention to appoint two women to the Dicastery of Bishops, who will therefore be involved in the process of choosing new bishops.

The Pope made the remarks in an interview with Reuters Senior Correspondent Philip Pullella, in response to questions about the presence of women in the Vatican; the new Apostolic Constitution Praedicate evangelium, which reforms the Curia; and about which Dicasteries (Vatican offices) could be entrusted to a lay man or woman in the future… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 11:1-4,8ċ-9
Salm: 79 (80):2aċ u 3b,15-16

L-Evanġelju: Mt 10, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »