Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
Salm: 138:1-3,13-15
It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

L-Evanġelju: Lq 1:57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 22:8-13; 23:1-3
Salm: 118 (119):33,34,35,36,37,40

L-Evanġelju: Mt 7:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb… Kompli aqra »

Titfakkar is-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Pinu, l-Għarb Għawdex

Is-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima se titfakkar għada, l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2022 fis-Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex.

Il-quddies isir fil-5:00am, 6:00am, 7:00am u 11:00am. L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma se jmexxi quddiesa pontifikali fid-9:00am, flimkien ma’ saċerdoti u reliġjużi Maltin. Il-quddiesa se tkun animata mill-kor Stella Maris, immexxi minn Mro Carmel P. Grech. Fl-10:10am, il-ħin eżatt tas-sejħa, tingħad is-supplika lill-Madonna. Wara ssir il-benedizzjoni Ewkaristika… Kompli aqra »

It-triq id-dejqa ta’ Ġesù fiha d-diffikultajiet imma twasslek – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew tiġbor tliet kelmiet ta’ Ġesù li mhux bilfors jingħaqdu bejniethom imma l-Evanġelju tal-lum jippreżentahomlna t-tlieta li huma.

L-ewwel kelma ta’ Ġesù hi biex nitgħallmu napprezzaw il-ġid kollu li għamel magħna u jqabblu ma’ dak kollu li hu qaddis: il-ġawhra. Ħafna drabi Ġesù jfakkarna li s-saltna ta’ Alla, il-paċi li jagħtina hu, huma prezzjużi daqs ġawhra fina li xi ħadd isib waqt li qed ifittex ġawhar prezzjuż jew teżor moħbi f’għalqa… Kompli aqra »

Filmat: Is-saċerdoti jirriflettu kif ikomplu jwasslu l-ferħ tal-Evanġelju fis-soċjetà

Aġġornament tal-Kleru 2022

“Il‑ferħ tal‑Knisja hu li tevanġelizza” huwa s‑suġġett li ntagħżel għall‑Aġġornament tal‑Kleru 2022 sabiex is‑saċerdoti djoċesani u reliġjużi jsaħħu l‑mixja flimkien bħala Knisja f’Malta. Dan sar f’rabta mal‑proċess tas‑Sinodu fuq is‑sinodalità li nieda l‑Papa Franġisku sabiex jissaħħaħ is‑sens ta’ komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni fil‑Knisja kollha madwar id‑dinja.

Għal dawn it‑tlitt ijiem ta’ aġġornament ġew mistiedna diversi professjonisti li għenu lis‑saċerdoti jirriflettu fuq kif għandna nerġgħu niskopru l‑qalba tal‑fidi tagħna u kif il‑Knisja għandha toħroġ miċ‑ċirku tagħha u ma tibżax taqbad toroq ġodda ta’ kif ixxandar l‑Evanġelju… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 19:9b-11,14-21,31-35a,36
Salm: 47 (48):2-3a,3b-4,10-11

L-Evanġelju: Mt 7:6,12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti… Kompli aqra »

Il-ġudizzju f’idejn Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tiġġudikawx”. Din hi l-kelma li qal Ġesù lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum, u li jgħid lilna lkoll. Aħna nafu kemm ħsara ssir kultant bil-ġudizzji, ġudizzji fuq persuni. Ġesù qed jgħid lid-dixxipli tiegħu b’enfasi biex ma jiġġudikawx. Kultant nifhmu kemm hi kerha din – li wieħed jgħaddi ġudizzju – meta aħna stess inkunu vittmi tal-ġudizzji ta’ ħaddieħor.

Hawnhekk Ġesù jsemmi żewġ affarijiet b’tixbiha, biex joħroġ ċar il-messaġġ tiegħu… Kompli aqra »