Yearly Archives: 2022

Trasformazzjoni bl-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tal-Għid

  Il-Kappella tal-Kunvent Ulied il-Qalb ta' Ġesù, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-Mulej dan!” Dan kien il-kliem li qal Ġwanni lil Pietru fl-Evanġelju tal-lum meta ntebaħ bil-preżenza tal-Mulej li qam mill-imwiet u l-bidla li ġabet fost dawn id-dixxipli. Dawn kienu jifhmu fis-sajd, u għalhekk meta qalu li sejrin jistadu, kellhom f’moħħhom li għallinqas jaqbdu xi ħaġa. Imma dawn għamlu l-lejl kollu jistadu u ma qabdu xejn. Imbagħad filgħodu jaraw lil dan ir-raġel – għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù Rxoxt – u jgħidilhom: “Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu”… Kompli aqra »

Ħares dejjem lill-Maltin – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Parrokkjali, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħa nibda bit-talba li l-Papa Franġisku għamel fil-grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il-Papa mar hemmhekk biex jagħti qima lil San Pawl. Niżel fil-grotta, u hemm ma għamilx diskorsi imma qagħad għal ftit ħin fis-skiet u għamel talba sabiħa ħafna. Fiha qal hekk fuq dak li għamlu l-Maltin fil-ġrajja tan-Nawfraġju: “Qabbdu ħuġġieġa kbira, biex jinxfu u jisħnu. Laqgħuhom b’qalb miftuħa u, flimkien ma’ Publiju, l-ewwel fit-tmexxija u fil-ħniena, sabulhom fejn joqogħdu.” Dan kien il-kliem tal-Papa fit-talba li għamel fil-grotta ta’ San Pawl… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jattendu gruppi ta’ sapport għas-separati

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ persuni li għaddejjin minn separazzjoni fiż‑żwieġ u li bħalissa qed jattendu gruppi ta’ sapport immexxija minn Caritas Malta, kif ukoll fil‑parroċċi tal‑Mosta u Ħal Tarxien.

Waqt il‑laqgħa, l‑Arċisqof sema’ d‑diversi esperjenzi ta’ dawk li għaddew jew għaddejjin mis‑separazzjoni u l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom f’dan il‑mumentta’ ħajjithom. Huma wrew apprezzament lejn il‑Knisja li taħdem mill‑qrib mal‑persuni separati u li fil‑parroċċi hemm għadd ta’ saċerdoti li huma sensittivi għal dawk li għaddejjin mis‑separazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 1 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Kunvent Ulied il-Qalb ta' Ġesù, Fleur-de-Lys

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Mejju

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27b-32,40b-41
Salm: 29(30):2,4,5,6,11,12a,13b
It-Tieni Qari: Apok 5:11-14

L-Evanġelju: Ġw 21:1-19

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien. Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – It-Tielet Ħadd tal-Għid

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għat-Tielet Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Ġw 21:1-19

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien. Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”. Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn… Kompli aqra »

“Tiddejqux tammettu li għandkom bżonn ‘il Mulej” – L-Arċisqof lill-ħames djakni ġodda

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi” (Ġw 14:8). Il-kliem ta’ Ġesù lil Pietru, li jirrifjuta l-umiljazzjoni tal-imgħallem u l-Mulej, huwa kliem li nixtieq nipproponih lilkom għeżież ordinandi għad-djakonat.

“Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi”. Il-Mulej qed jagħmel ġest ta’ umiltà, ġest ta’ qadi imma wkoll ġest ta’ purifikazzjoni. F’dak li jgħid lil Pietru nistgħu nifhmu li qed ikellem ukoll lill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna: ħallini nsaffik, ħallini nippurifikak u ħallini naħsillek saqajk għax jekk ma tħallinix m’għandekx bżonni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.18-19

L-Evanġelju: Ġw 6:16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli ta’ Ġesù niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.

Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »

“Meta nħossuna mdawrin bid-dlam, l-inġustizzja, l-oppressjoni u l-vjolenza nirrealizzaw li dawn mhux ġejjin mingħand il-Mulej” – L-Arċisqof

Quddiesa għad-delegati tal-Katekeżi fi ħdan il-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej

  L-Oratorju tal-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

I will do some reflections in English e parlerò anche un po’ in italiano. Siamo qui nel oratorio, conosciuto da 400 anni per la tela più grande dipinta da Caravaggio: la decapitazione di San Giovanni Battista. Questa tela è l’unica firmata dal maestro proprio nel sangue che sgorga da questa ferita. Meditando un pò su questo quadro, pensiamo alla sua attualità… Kompli aqra »

Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku lill-Arċisqof

Traduzzjoni għall-Malti

Lill-Għażiż Ħija
Mons. Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta u President tal-Konferenza Episkopali Maltija

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku, nixtieq nirringrazzjak tal-impenn kbir waqt it-tħejjijiet taż-Żjara tiegħi. Insellem ukoll lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u l-lajċi li ħadmu flimkien.

Grazzi tal-merħba sabiħa, tal-ospitalità u tal-ġenerożità. Ngħożż l-umanità u l-umoriżmu tiegħek, kif ukoll l-imħabba li wrejtuni f’dawn il-jiem mimlija b’tant ferħ. 

Nittama li l-Mulej jagħtikom id-don tal-vokazzjonijiet u jippremjakom għall-kura li tagħtu bi mħabba lis-saċerdoti anzjani… Kompli aqra »