Yearly Archives: 2023

Appartamenti dinjitużi lir-residenti tad-Dar tal-Providenza bi proġett f’Villa Papa Giovanni

Id-donazzjonijiet li se jinġabru din is-sena waqt il-Festa ta’ Ġenerożità se jwasslu biex id-Dar tal-Providenza tkompli x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ rinovazzjoni ta’ Villa Papa Giovanni.

F’din il-villa hemm kappella, gym, kmamar għall-attivitajiet u uffiċini amministrattivi, kif ukoll erba’ flettijiet separati: Anġlu Kustodju, Warda, Sant’Antnin u Livia.

Ix-xogħol fuq din il-binja beda fl-1971, bl-għan li tilqa’ fiha ħamsin resident ieħor, u kienet inawgurata mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fid-19 ta’ Marzu 1974… Kompli aqra »

Ippromwovi l-ispirtu tal-familja mqaddsa fil-missjoni tiegħek – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Dun Anton, inti u tibda din il-missjoni, bħala ragħaj f’din il-parroċċa, nawguralek li bħal Xmun, dan ir-raġel ġust u tajjeb, ikollok fuqek il-faraġ tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej. Hekk jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Luqa: “F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu” (Lq 2:25). F’din is-silta li għadna kemm smajna, jissemma kemm-il darba l-Ispirtu qaddis tal-Mulej… Kompli aqra »

Ġesù hu s-sinjal tal-ħniena u l-imħabba t’Alla għalina – L-Arċisqof

Quddiesa fl-aħħar Ħadd tal-Avvent u l-festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa tal-Familja Mqaddsa llum u dis-sena jinqara l-Evanġelju tal-Kandlora, tal-Preżentazzjoni tal-Mulej li aħna niċċelebraw propju 40 jum wara l-Milied fit-2 ta’ Frar.

L-idea li nantiċipaw dan l-Evanġelju hi li niltaqgħu ftit ma’ Ġużeppi, Marija u Ġesù f’wieħed mill-vjaġġi tagħhom lejn Ġerusalemm. Sena minnhom meta nagħmlu din il-festa nfakkru vjaġġ ieħor meta Ġesù kellu 12-il sena u ntilef. Sena oħra nagħmlu r-rakkont tar-ragħajja li jiltaqgħu mal-familja ta’ Nazaret fl-għar ta’ Betlehem… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Jannar 2024

Koppja tingħata tifkira mill-Arċisqof Charles Scicluna wara l-quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2022 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 31 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santu Wistin, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 15:1-6; 21:1-3
Salm: 104 (105):1b-2,3-4,5-6,8-9
It-Tieni Qari: Lhud 11:8,11-12,17-19

L-Evanġelju: Lq 2:22-40

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej” – u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej… Kompli aqra »

Bambin fit-tifrik ifakkar il-gwerra fl-Art Imqaddsa

Ritratt: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu  (Facebook)

Fil-Knisja tad-Dumnikani tal-Lunzjata fil-Birgu intrama presepju b’differenza fl-isfond tal-gwerra li qed isseħħ fl-Art Imqaddsa, bil-Bambin ta’ Bethlehem taħt it-tifrik.

Il-konfigurazzjoni tal-presepju hi mimlija b’simboliżmu li jfakkar dak li qed iseħħ, bil-Bambin innifsu taħt il-bricks biex ifakkar li diversi tfal qegħdin jinqatlu jew jinstabu ħajjin taħt it-tifrik ta’ bini li nqered bil-bombi.

Il-Bambin jinstab ukoll iżolat mill-pasturi l-oħrajn, bid-distanza tal-Madonna u ta’ San Ġużepp tirrapreżenta l-ħafna ġenituri li spiċċaw ifittxu lil uliedhom qalb it-tifrik jew jibku t-telfa tagħhom… Kompli aqra »

Il-President Ukren jirringrazzja lill-Papa għas-sejħa kontinwa tal-paċi fl-Ukrajna

Pope Francis met with President Volodymyr Zelensky on 13 May 2023  (Vatican Media)

Ukrainian President Volodymyr Zelensky recently expressed his gratitude to Pope Francis for his Christmas greetings to Ukraine and for supporting the Peace Formula.

This appreciation was conveyed during their latest phone conversation, details of which President Zelensky posted Thursday on the official presidential website and on his X account.

“I have just spoken with His Holiness Pope Francis to express gratitude for his Christmas greetings to Ukraine and Ukrainians, for his wishes of peace – just peace for all of us,” said President Zelensky… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:12-17
Salm: 95 (96):7-8a,8b-9,10

L-Evanġelju: Lq 2:36-40

Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb… Kompli aqra »