Arkivji mensili: Frar 2023

UTURN – Ir-Randan ma’ Caritas; Eżerċizzi b’differenza

Caritas Malta qed tniedi sensiela ta’ laqgħat darba fil-ġimgħa għal seba’ ġimgħat konsekuttivi; fejn se tistieden lill-pubbliku jattendi għal Eżerċizzi b’differenza.

UTURN hija t-tema magħżula għal dawn il-laqgħat. Kull persuna fil-ħajja jkollha bżonn tieħu deċiżjoni li tibdel il-ħajja tagħha għall-aħjar.

Caritas ħasset il-ħtieġa li torganizza dawn il-laqgħat biex tipprovdi spazju ieħor għal min qed jistaqsi u jfittex li jgħix ħajja bi skop u fil-milja tagħha… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 2:18-25
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5

L-Evanġelju: Mk 7:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh. Issa din il-mara kienet Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha… Kompli aqra »

Ġbir ta’ fondi għat-Turkija u s-Sirja

Caritas Malta b’sejħa ta’ emerġenza

Is-Sirja (Ritratt: Caritas Internationalis)

Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tat-Turkija u s-Sirja li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba t-terrimoti qawwija li laqtu lil dawn iż-żewġ pajjiżi maġenb xulxin. Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta qed tieħu biex tgħin lill-poplu Sirjan u Tork.

Is-Sirja ntlaqtet mit-terremot, bl-iktar wieħed b’saħħtu mill-1995, fejn l-aktar li ntlaqat hu t-Tramuntana tal-pajjiż… Kompli aqra »

Rethink | Ep.5: Il-Knisja f’Malta

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Il-Knisja f’Malta.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 2:4b-9,15-17
Salm: 103 (104):1-2a,27-28,29bċ-30

L-Evanġelju: Mk 7:14-23

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”.

Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola… Kompli aqra »

Alla jrid il-ġid sħiħ tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu” (Mk 6:56). Hekk naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mark, f’din id-deskrizzjoni sabiħa tan-nies li jiġru wara Ġesù biex ifejjaq il-morda tagħhom. Hawnhekk kien għadu kif wasal fl-art ta’ Ġennesaret, u n-nies mal-ewwel indunaw u marru jiġru u jġorru wkoll il-morda fuq l-imtieraħ biex ifejjaqhom. Hawnhekk lil Ġesù narawh qed jaqdi din il-missjoni sabiħa tal-fejqan… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1:20 – 2:4a
Salm: 8:4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 7:1-13

F’dak iż-żmien, 1il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »