Arkivji mensili: Frar 2023

Henjin dawk li jħennu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Photo by SHVETS production L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, meta jsemmi dawk li aħna nafuhom bħala l-opri tal-ħniena. Jgħid: kont bil-ġuħ, bil-għatx, barrani, għeri, marid, u fil-ħabs. Jgħid li jistenna minna, li aħna dixxipli tiegħu, li aħna nieqfu ma’ dawk li huma fil-bżonn għax fuq hekk se nkunu ġġudikati.  … Kompli aqra »

Riflessjonijiet tar-Randan: Id-Deżert

“Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.”

L-ewwel Ħadd tar-Randan laqqagħna mar-rakkont ta’ Ġesù fid-deżert tal-Lhudija, li hu magħruf għat-temperaturi estremi tiegħu, u s-sorsi limitati tal-ilma. Hu medda kbira ta’ għoljiet u widien ta’ blat, u ma fihx ramel.

Fil-Bibbja jissemma iktar minn darba. Qabel dar-rakkont naraw lil Ġwanni l-Battista jipprietka propju fid-deżert tal-Lhudija, li fil-Lvant tiegħu nsibu x-Xmara Ġordan, ix-xmara fejn tgħammed Ġesù, u li minnha telaq għad-deżert fejn qatta’ erbgħin jum… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:10-11
Salm: 33 (34):4-5,6-7,16-17,18-19

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

L-għażla ta’ Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja Parrokkjali Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-tentazzjonijiet ta’ Ġesù, li smajna fl-Evanġelju skont San Mattew, hija ġrajja li għandha ħafna dawl u għajnuna x’tagħtina għall-ħajja tagħna.

Jekk ix-xitan ittanta lil Ġesù, li hu bin Alla, kemm aktar nistennew li jittanta lilna! Għalhekk dan ir-rakkont jagħmlilna l-qalb, għax jurina li t-tentazzjonijiet huma parti mill-ħajja, nistennewhom, u li rridu nagħmlu aħna hu li noqogħdu attenti ħalli ma nċedux għat-tentazzjonijiet imma nagħrfu nagħżlu t-tajjeb mill-ħażin… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: X’post għandha l-Kelma t’Alla f’ħajti?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju ta’ dan l-ewwel Ħadd tar-Randan jippreżentalna lil Ġesù fid-deżert ittentat mix-xitan (cfr Mt 4,1-11).  Il-kelma “diavolo” tfisser “dak li jifred”.  Ix-xitan dejjem lest biex joħloq il-firda, u dak jipprova jagħmel anki meta ttenta lil Ġesù.  Ħa naraw, allura minn min irid jifirdu u b’liema mod jittentah.

Minn ma’ min irid jifred lil Ġesù x-xitan?  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,11-18
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu : “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »