Arkivji mensili: Marzu 2023

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17:5-10
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16:19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu… Kompli aqra »

Agħtini qalb tixbah lil tiegħek – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“O Alla, int tagħtina l-aqwa xhieda tas-setgħa tiegħek bla tarf billi taħfrilna u tħenn għalina.” Din it-talba hija talba antika, sa mis-seklu tmienja, u hija talba li ngħiduha proprju fil-Liturġija (Kolletta, 26 Ħadd tas-sena). Hija talba li tesprimi b’mod sabiħ ħafna kif il-maħfra ta’ Alla, il-ħniena li hu juri magħna, mhijiex turija ta’ dgħufija tiegħu, imma tas-setgħa tiegħu bla tarf.

Għalhekk nifhmu l-kliem ta’ Ġesù meta jgħid illum fl-Evanġelju: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36)… Kompli aqra »

Il-missjoni tagħna hija li aħna nkunu qaddejja – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju, għalina li magħżula b’responsabbiltà fil-komunità, huwa spunt ta’ riflessjoni u eżami tal-kuxjenza. Bil-Kelma tiegħu, il-Mulej jixtieq inaddafna minn kull pretenzjoni, minn kull għatx jew regħba għad-dinjità u għall-poter, u jrid ifakkarna fil-missjoni ta’ vera: “Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mt 23:11). 

Aħna llum qegħdin infakkru u nitolbu b’suffraġju ta’ ragħaj tagħna, maħbub, li qeda l-poplu tiegħu għal snin twal… Kompli aqra »

Rethink | Ep.6: Governanza tajba

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Il-Knisja f’Malta.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Marzu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:18-20
Salm: 30 (31):5-6,14,15-16

L-Evanġelju: Mt 20:17-28

F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”.

Imbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1:10,16-20
Salm: 49 (50): 8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

Il-Mulej isaffina minn kull pretensjoni u jistedinna għal umiltà profonda – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu propju l-każ li nifhmu dak li jgħid is-saċerdot meta jaqra l-Evanġelju fil-quddiesa: “Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna”. Għaliex din il-kelma ta’ Ġesu hi diretta lilna li nipprietkaw, li nitilgħu fuq il-pulpti, nibda l-ewwel wieħed minni nnifsi. U l-Mulej qed jistaqsini: ‘Imma, ħabib, inti l-missjoni li aċċettajt għalfejn qiegħed tħaddimha? Biex tidher? Biex jgħidulek eċċellenza? Biex tkun Arċisqof  ta’ Malta? … Kompli aqra »

Muntanja speċjali – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by Yaroslav Shuraev L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Malta ma għandniex muntanji, naslu sal-għoljiet. Imma min ġieli tela’ fuq muntanja,  bil-mixi jew b’xi mezz ta’ trasport, jaf kemm il-muntanja tagħtik sensazzjoni ta’ kobor, ta’ xi ħaġa ’l fuq mill-bqija. Hu għalhekk li l-muntanja, kemm-il darba fl-Iskrittura, insibuha bħala l-post tal-laqgħa speċjali ma’ Alla, fejn Alla juri lilu nnifsu, fejn ikun hemm esperjenza speċjali u qawwija ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Marzu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »