L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ April
16/04/2023Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 4:42-47
Salm: 117(118):2-4,13-15,22-24
It-Tieni Qari: 1 Piet 1:3-9
L-Evanġelju: Ġw 20:19-31
Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”… Kompli aqra »