Arkivji mensili: April 2023

Nitolbu ’l Mulej l-grazzja li jkollna ragħajja skont il-qalb tiegħu – L-Arċisqof f’Jum il-Vokazzjonijiet

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Kappella taċ-Ċentru għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju, Tal-Virtù

Ta’ kull sena fir-raba’ Ħadd tal-Għid nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù li tuża din l-espressjoni qawwija ħafna u li permezz tagħha Ġesù jipprezenta ruħu bħala l-bieb u r-ragħaj.

Din is-sena fl-ewwel silta mill-kapitlu 10 ta’ San Ġwann, li hu l-kapitlu fejn Ġesù jispjega din ix-xbieha sabiħa tar-ragħaj it-tajjeb, l-enfasi hi pjuttost fuq il-bieb: il-bieb tal-maqjel, il-bieb ta’ dak l-ispazju fejn in-nagħaġ huma siguri u kkurati, lil hemm mill-periklu imma hu wkoll l-ispazju minn fejn għandhom bżonn joħorġu biex jirgħu u jmantnu lilhom infushom bl-għajnuna tar-ragħaj… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd f’Jum il-Vokazzjonijiet – 30 ta’ April 2023, 9:30am

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ April

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Jum il-Vokazzjonijiet
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:14a,36-41
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6
It-Tieni Qari: 1 Piet 2:20b-25

L-Evanġelju: Ġw 10:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ.

Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra… Kompli aqra »

Is-“suċċess” ekonomiku ta’ pajjiżna qatt m’għandu jinkiseb a skapitu tal-ħaddiema

F’Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tixtieq tesprimi t-tħassib tagħha dwar l-inġustizzja mġarrba minn persuni mhux mill-UE li jaħdmu f’Malta, li minkejja li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ma jirċivux  pensjoni. Is-sistema tal-pensjoni tagħna hija msejsa fuq ħaddiema mhux mill-UE li jibqgħu hawn għal ftit snin, iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u jitilqu qabel ma jirċievu l-pensjoni. Il-Kummissjoni temmen li dan il-mudell ta’ soċjetà huwa soċjalment inġust u moralment inaċċettabbli… Kompli aqra »

Hu fina u aħna fih – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih” (Ġw 6:56). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù illum fl-Evanġelju, hu u jgħallem fis-sinagoga ta’ Kafarnahum. U nafu li dan il-kliem tiegħu – dan id-diskors kollu tiegħu – ħoloq reazzjoni. L-Evanġelju jgħid li l-Lhud “tlewmu bejniethom” (Ġw 6:52).

Għamlu dik il-mistoqsija: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” (Ġw 6:52)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102:1-4,8-9,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

Jum il-Karità 2023

Fil-jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tfakkar Jum il‑Karità. L‑għan ta’ dan il‑jum hu li jikber l‑għarfien dwar il‑ħidma li jwettqu fis‑soċjetà l-entitajiet tal‑Knisja mal‑persuni vulnerabbli. Permezz ta’ diversi djar residenzjali u ħidmiet ta’ karità minn professjonisti u voluntiera, il‑Knisja f’Malta tilqa’ u taqdi lil ħutna fil‑bżonn, irrispettivament mir‑razza, kulur tal‑ġilda jew twemmin.

Bħalissa hemm iktar minn 1,600 persuna jgħixu fid‑djar residenzjali tal‑Knisja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ April 2023, 9:30am