Arkivji mensili: April 2023

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tnejn
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:14,22-33
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11

L-Evanġelju: Mt 28:8-15

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »

Jalla jkollna s-safa tal-qalb, tal-qalb li tifhem, tagħraf, li tħoss u tagħder – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd il-Għid

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Nagħmlu festa, mhux bil-ħmira l-qadima, anqas bil-ħmira tal-qerq u tal-ħażen, imma bil-ħobż bla ħmira tas-safa u tas-sewwa” (1 Kor 5:8). Din hija l-istedina li għamlilna l-Appostlu Missierna San Pawl, lilna f’dan il-Jum Qaddis tal-Għid. Hija l-istedina li l-ewwel nett, li nifirħu u li nagħmlu festa, li niċċelebraw il-Qawmien tal-Mulej Ġesù, ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt u d-dnub. Hu jgħidilna kif, l-ewwel juża tixbiha fin-negattiv: “Mhux bil-ħmira l-qadima”… Kompli aqra »

Is-sitt edizzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar il-pubblikazzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’, is-sitt volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2020. Dan il-ktieb ta’ 700 paġna jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra.

Permezz tal-kelma tiegħu msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistedinna nieħdu ħsieb ta’ xulxin bi kwalunkwe mod possibbli u ma ninsewx dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Il‑ktieb sar bil-għajnuna finanzjarja ta’ APS Bank plc… Kompli aqra »

Il-Vġili tal-Għid hu stedina biex aħna nibdew mill-ġdid – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa” (Mt 28:1) – hekk jibda r-rakkont mill-kapitlu 28 ta’ San Mattew li għadna kemm smajna. U din is-sahra tal-lejl, dan il-lejl qaddis trid twassalna biex “maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa”, tal-Ħadd, aħna niskopru mhux biss jum ġdid imma wkoll ħolqien ġdid.

Il-liturġija li qegħdin niċċelebraw illum bit-tberik tan-nar, bit-tberik tal-ilma, bil-kelma ta’ Alla li tkellimna fuq ir-rakkont tal-ħolqien imma wkoll ir-rakkont tas-salvazzjoni tal-poplu Lhudi mill-iskjavitù, imbagħad ix-xandira tas-salvazzjoni li ġabilna Ġesù, hija propju il-liturġija tal-ħolqien ġdid mhux biss tal-kreazzjoni imma tar-rikreazzjoni… Kompli aqra »

Il-ħobż tal-ħajja – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

The Easter narrative we celebrate today is intrinsically linked to the Biblical Exodus, that passage of the people of Israel from slavery in Egypt to the pilgrimage of freedom and the Promised Land. 

In preparation for this sacred night of freedom, the people of God were invited by Moses to make unleavened bread for their journey to the Promised Land – just using flour and water – because there was no time for the yeast to take effect: they had to get out of Egypt immediately. 

This flight from slavery was motivated by a deep yearning for freedom… Kompli aqra »

Quddiesa f’Ħadd il-Għid – 9 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Ħadd il-Għid: 9 ta’ April

L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennità – Quddiesa tal-Jum
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 10:34a,37-43
Salm: 117(118):1-2,16ab-17,22-23
It-Tieni Qari: Kol 3:1-4 jew 1 Kor 5:6b-8

L-Evanġelju: Ġw 20:1-9 jew Mt 28:1-10

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu lill-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”… Kompli aqra »

B’salibek u b’mewtek inti fdejtna – L-Isqof Galea-Curmi

  Id-Dar tal-Kleru, Birkirkara

Photo by Alem Sánchez L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kollox hu mitmum!” (Ġw 19:30) Dawn huma l-kelmiet li, fl-Evanġelju skont San Ġwann, qal Ġesù fuq is-salib qabel mejjel rasu u miet. F’dawn il-kelmiet għandna l-messaġġ ewlieni li jagħti l-Evanġelista San Ġwann b’dan ir-rakkont tal-Passjoni li għadna kif smajna.

Fl-Evanġelisti l-oħra, insibu enfasi fuq it-tbatija kbira li għadda minnha Ġesù: is-swat, id-daqqiet ta’ ħarta, ix-xewk, il-bżieq, it-toqol tas-salib, l-insulti, it-tgħajjir… Kompli aqra »