Arkivji mensili: Mejju 2023

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11:19-26
Salm: 86 (87):1-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 10:22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”. Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

Imexxini fit-triq tas-sewwa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by JACK REDGATE L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin” (Atti 2:40). Dan kien il-kliem ta’ Pietru meta nhar Għid il-Ħamsin ħareġ jagħti l-Aħbar li Ġesù Kristu qam mill-mewt: Ġesù, li intom sallabtu, qam rebbieħ, hu l-Mulej! In-nies li semgħuh, staqsew: “X’għandna nagħmlu aħna?” (Atti 2:37) Dakinhar, bi tweġiba lin-nies, Pietru jispiċċa l-kliem tiegħu b’din l-istedina: salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin – minn dak li hu pervers… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Mejju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

Qari tal-jum
San Ġużepp Ħaddiem

L-Ewwel Qari: Ġen 1:26-2:3 jew Kol 3:14-15,17,23-24
Salm: 89:2-4,12,1,16

L-Evanġelju: Mt 13:54-58

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »