Arkivji mensili: Mejju 2023

Il-Knisja għandha omm – L-Isqof Galea-Curmi

Photo by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien il-Papa Franġisku li ried li l-għada ta’ Għid il-Ħamsin tiġi ċċelebrata t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja u Xbieha tal-Knisja. Għaliex proprju l-għada ta’ Għid il-Ħamsin? Għax ilbieraħ aħna ċċelebrajna t-twelid tal-Knisja, u llum l-Papa jrid li niftakru li din il-Knisja għandha omm – Marija. Marija hija Omm il-Knisja u xbieha tal-Knisja. 

Kienu diversi qaddisin tul is-snin li sejħu lil Marija “Omm il-Knisja”, u kien il-Papa Pawlu VI, waqt il-Konċilju Vatikan II, li ried li hi jkollha dan it-titlu speċjali: Marija Omm il-Knisja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Mejju 2023, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, Għarb, Għawdex

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18
Salm: 12:2-6

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Djalogu ta’ mħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Photo by Jasmine Carter L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna fl-Evanġelju llum dan id-djalogu sabiħ bejn Ġesù u Xmun Pietru. Hawnhekk qegħdin fejn il-baħar ta’ Tiberija, meta Ġesù deher għat-tielet darba, wara l-qawmien tiegħu mill-mewt, lid-dixxipli tiegħu. Dawn kienu għamlu lejl sħiħ jistadu u ma qabdu xejn, u Ġesù qalilhom: “waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa, u ssibu” (Ġw 21:6). U għamlu hekk u qabdu ħafna ħut… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Mejju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 35:1-15
Salm: 49 (50):5-6,7-8,14 u 23

L-Evanġelju: Mk 10:28-31

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”. Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

Mark Pellicano jinħatar Kap tas‑Safeguarding Commission

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Mark Pellicano bħala l‑kap il‑ġdid tas‑Safeguarding Commission tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tinvestiga każijiet ta’ abbuż fi ħdan il‑Knisja u tippromwovi l‑benesseri tat‑tfal u tal‑adulti vulnerabbli.

Is-Sur Pellicano, li kien Senior Manager tas-Servizzi tat-Tfal fi ħdan Fondazzjoni Sebħ – organizzazzjoni tal-Knisja li toffri residenzi lil tfal li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu mal-familji tagħhom – għandu esperjenza estensiva f’dan il-qasam minħabba li okkupa diversi karigi, kif ukoll huwa lettur fil-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Caeli: L-Ispirtu jeħles mill-biża’

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, Solennità ta’ Pentekoste, l-Evanġelju jeħodna fiċ-Ċenaklu, fejn l-appostli marru jfittxu kenn wara l-mewt ta’ Ġesù (Ġw 20,19-23). Nhar l-Għid filgħaxija, l-Irxoxt jippreżenta ruħu propju f’dik is-sitwazzjoni ta’ biża’ u qtigħ il-qalb u, waqt li nefaħ fuqhom qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu” (v. 22). Hekk, bid-don tal-Ispirtu s-Santu, Ġesù jixtieq ineħħi l-biża’ mid-dixxipli, il-biża’ li kienet qed iżżommhom magħluqin id-dar, u jeħlishom, sabiex isibu ħila joħorġu u jsiru xhieda u ħabbara tal-Evanġelju.  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Mejju 2023, 9:30am