Arkivji mensili: Ġunju 2023

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 44:1,9-13
Salm: 149 (150):1-2,3-4,5-6a & 9b

L-Evanġelju: Mk 11:11-26

Wara d-daħla messjanika f’Ġerusalemm, Ġesù baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax.

L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu mhuwiex żmienu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udejnza: Ejjew nistaqsu lilna nfusna – Jiena koerenti?

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-katekeżijiet aħna qed inkomplu nitkellmu fuq iż-żelu appostoliku, jiġifieri dak li jħoss in-Nisrani biex imexxi ’l quddiem it-tħabbira ta’ Ġesù Kristu. U llum nixtieq nippreżenta eżempju ieħor kbir ta’ żelu appostoliku: tkellimna dwar San Franġisk Saverju, dwar San Pawl, iż-żelu appostoliku ta’ nies kbar żelanti; illum se nitkellmu fuq wieħed – Taljan – imma li mar ukoll iċ-Ċina: Matteo Ricci… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 42:15-26
Salm: 32 (33):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 10:46-52

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »