Arkivji mensili: Ġunju 2023

L-edukazzjoni mhix kapriċċ, imma essenzjali – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nawguralkom ħafna f’din l-okkażjoni sabiħa tat-30 anniversarju mill-istituzzjoni tal-Kunsilli Lokali, imbagħad ’il quddiem anke tar-Reġjuni. 

Eċċellenza, għażiż President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Ministri u personalitajiet distinti; spettabbli Presidenti tar-Reġjuni, Sindki. Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illum, u nawguralkom ħafna fix-xogħol tagħkom.

Ippermettuli naqsam magħkom ftit ħsibijiet qosra, għax is-sħana wkoll. L-ewwel nett nawguralkom ħafna li fix-xogħol tagħkom tkomplu taħdmu biex nikbru bħala poplu, dak li nistgħu nsejħulu s-sens ċiviku… Kompli aqra »

Laqgħa dwar is-sinodu mill-Kardinal Mario Grech

Nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju se ssir laqgħa dwar is-Sinodu tas-Sinodalità mmexxija mill-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu. Il-laqgħa, bit-tema ‘Il-Proċess Sinodali hu twettiq tal-Konċilju Vatikan II’, qed issir peress li tnieda d-dokument Instrumentum Laboris tas-Sinodu fl-20 ta’ Ġunju.

Fil-laqgħa se jkun hemm aġġornament tal-aħħar żviluppi fil-Mixja Sinodali, u kif din qed tkompli fuq dak li beda l-Konċilju Vatikan II, li fetaħ 60 sena ilu… Kompli aqra »

Waslet il-BOV Volleyball Marathon b’risq id-Dar tal-Providenza

Il‑BOV Volleyball Marathon b’risq id‑Dar tal‑Providenza reġgħet magħna bi 53 siegħa logħob bla waqfien fil‑parkeġġ tad‑Dar fis‑Siġġiewi. It‑13‑il edizzjoni tal‑Maratona tibda illum, il‑Ġimgħa 30 ta’ Ġunju fis‑6.00pm u tibqa’ sejra sa nofsillejl tal‑Ħadd 2 ta’ Lulju.

Attrazzjoni ġdida din is‑sena hija l‑logħob tas‑sitting volleyball, li huwa adattament tad‑dixxiplina tal‑volleyball li fih jistgħu jieħdu sehem ukoll persuni b’diżabilità. Din qed tiġi organizzata minn ParaVolley Malta flimkien mal-Birkirkara Volleyball Club u d-Dar tal-Providensa… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17:1,9-10,15-22
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5

L-Evanġelju: Mt 8:1-4

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt”… Kompli aqra »

Huwa Alla li jagħraf il-profondità tal-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tiġġudikawx” (Mt 7:1). Din hija l-kelma qawwija li jgħid Ġesù fl-Evanġelju llum, kelma li titlob ħafna minna. Ġesù ma jridniex niġġudikaw, u l-ewwel raġuni hi li ġudizzju sħiħ u tajjeb jista’ jagħmlu biss Alla waħdu. Dan għaliex huwa Alla li jagħraf il-profondità tal-qalb. Huwa Alla li jgħarbel il-ħsibjiet tal-moħħ u l-fehmiet tal-bniedem. Huwa Alla li jaf l-istorja sħiħa tal-bniedem – l-imgħoddi, it-trobbija, minn xiex għadda, minn xiex għaddej bħalissa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Teduka jfisser tgħin lil dak li jkun jaħseb tajjeb

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum neħtieġu naqra paċenzja, b’din is-sħana kollha! Grazzi li ġejtu xorta f’din is-sħana, b’din ix-xemx tiżreġ, grazzi ħafna taż-żjara tagħkom!

F’din is-serje ta’ katekeżi fuq iż-żelu appostoliku, qed niltaqgħu ma’ xi figuri eżemplari ta’ rġiel u nisa ta’ kull żmien u post, li taw ħajjithom għall-Vanġelu. Illum se mmorru ’l bogħod, fl-Oċeanja, f’kontinent magħmul minn ħafna gżejjer, kbar u żgħar… Kompli aqra »

Nitolbu li nkunu Knisja ta’ rikonċiljazzjoni, paċi u missjoni – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

First of all I would like to greet a group from the Zimbabwean chaplaincy in the United Kingdom accompanied by Fr John and Fr Benson. You are most welcome as you join us in this solemnity of the feast of St Peter and St Paul. Your presence today is a mark of how catholic we truly are. You are very welcome as you visit our islands and also visit places linked to the footsteps of St Paul whom we also celebrate today alongside St Peter… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl – 29 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12:1-11
Salm: 33:2-9
It-Tieni Qari: Tim 4:6-8,17-18

L-Evanġelju: Mt 16:13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »