Arkivji mensili: Awwissu 2023

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġożwè 24:14-29
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,11

L-Evanġelju: Mt 19:13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”. Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm… Kompli aqra »

Serata letterarja fil-100 sena mit-twelid ta’ Bro Louis Camilleri

L-1 ta’ Settembru 2023 jaħbat il-100 sena mit-twelid tal-qaddej ta’ Alla, Bro Louis Camilleri. Għal din is-serata letterarja, studenti u għalliema li tagħhom Br Louis Camilleri kien surmast huma mistiedna għall-quddiesa li se ssir dakinhar stess fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, il-Gżira.

Wieħed għandu jirreġistra għal din l-okkażjoni fuq [email protected].

Il-ftuħ tal-proċess għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Br Louis Camilleri beda fil-31 ta’ Marzu 2019… Kompli aqra »

Restawr fuq arti sagra fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop

Il-Malta Airport Foundation ħabbret li ser tkun qiegħda tappoġġja parti minn proġett ta’ tisbiħ fil-Knisja ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop, permezz ta’ investiment f’għadd ta’ xogħlijiet artistiċi għall-kappellun tal-Kurċifiss fuq il-lemin.

Dawn ix-xogħlijiet, li ġew ikkummissjonati lill-artist Anthony Spagnol, huma maħsubin biex jikkumplimentaw l-iskema dekorattiva eżistenti tal-knisja mpittra fis-sittinijiet minn Giuseppe Briffa, li huwa meqjus fost l-esponenti ewlenin tal-arti sagra fil-gżejjer Maltin.

L-għażla tal-artist għal dan il-proġett ġiet segwita minn studji bir-reqqa u konsultazzjonijiet ma’ diversi persuni intiżi fl-arti sagra sabiex setgħet tintgħażel tema rilevanti għal żminijietna li, fuq livell estetiku, tkompli ssebbaħ il-Knisja ta’ San Leonardu u, fuq livell liturġiku, toħloq ambjent li jħeġġeġ ir-riflessjoni u l-formazzjoni spiritwali… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-ħajja ta’ Marija mmarkata b’servizz u tifħir

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, solennità ta’ Marija Assunta, nikkontemplawha hi u tiela’ bir-ruħ u bil-ġisem lejn il-glorja tas-Sema. L-Evanġelju tal-lum ukoll jippreżentahielna hi u tiela’, din id-darba lejn “l-għoljiet” (Lq 1,39). U għalfejn tiela’? Biex tgħin lill-kuġina Eliżabetta, u hemmhekk tgħanni l-kantiku ta’ ferħ, il-Magnificat. Marija titla’ u l-Kelma t’Alla turina dak li jikkaratterizzaha hi u tielgħa ’l fuq: is-servizz tal-proxxmu u t-tifħir lil AllaKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 24:1-13
Salm: 135 (136):1-3,16-18,21-22 u 24

L-Evanġelju: Mt 19:3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġożwè 3:7-10a,11,13-17
Salm: 113A (114) :1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 18:21 – 19:1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

L-esperjenza tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ mill-membri taż-ŻAK

Jamie Farrugia, żagħżugħa ta’ 24 sena minn ŻAK Birżebbuġa spjegat kif minn dejjem xtaqet li titla’ l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ). Hi tiftakar meta daħlet membru maż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika u semgħathom jgħidu li kienu għadhom kemm marru Krakow fl-2016; kemm kienet esperjenza sabiħa u kemm iltaqgħu ma’ żgħażagħ oħra. Ftit snin wara kienet saret il-Panama, u wara faqqgħet il-pandemija, u tiftakarha tistaqsi lilha nnifisha jekk qatt hux se jkollha ċ-ċans li tara lill-Papa Franġisku… Kompli aqra »