Arkivji mensili: Awwissu 2023

Il-Caritas torganizza tlielaq u mixja favur ħajja attiva

Il-Caritas se tkun qed torganizza tlielaq u mixja terapewtika favur ħajja attiva li tersaq ‘il bogħod mill-vizzji.

L-avveniment se jsir fit-22 ta’ Ottubru fit-8am b’kollaborazzjoni ma’ St Patrick’s Athletics Club u Sportmalta.

F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt spjega li se jsiru tlielaq tal-10 kilometri u tal-5 kilometri, mixja taż-2.5 kilometri kif ukoll tellieqa tal-kilometru għat-tfal li għandhom bejn is-sitta u disa’ snin u tellieqa ta’ 2.5 kilometri għat-tfal li għandhom bejn l-10 u t-13-il sena… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: is-sabar u qalb miftuħa għal Ġesù huma r-riċetta biex ngħixu tajjeb

  Is-Sala Pawlu VI

Katekeżi: Il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni: iż-żelu appostoliku ta’ min jemmen. 19. Nitolbu u naqdu bil-ferħ: Kateri Tekakwitha, l-ewwel qaddisa nativa tal-Amerika ta’ Fuq

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Issa, waqt li nkomplu bil-katekeżi tagħna fuq it-tema taż-żelu appostoliku u tal-passjoni għax-xandir tal-Vanġelu, illum nagħtu ħarsa lejn Santa Kateri Tekakwitha, l-ewwel mara nativa tal-Amerika ta’ Fuq li ġiet ikkanonizzata. Imwielda lejn is-sena 1656 f’raħal fil-parti għolja tal-Istat ta’ New York, kienet bint kap Mohawk mhux imgħammed u omm Nisranija Algonchina, li lil Kateri għallmitha titlob u tkanta innijiet lil Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 3:7-13
Salm: 89 (90):3-4,12-13,14 & 17

L-Evanġelju: Mt 24:42-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem… Kompli aqra »

Qaddej tal-qaddejja ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Parroċċa ta’ San Girgor il-Kbir, Tas Sliema

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja u l-ħajja bil-kotra” (Ġw 10:10). Din is-sentenza mill-Evanġelju li għadna kif smajna skont San Ġwann, fejn Ġesù jitkellem fuqu nnifsu bħala r-ragħaj it-tajjeb, naraha tiġbor b’mod sabiħ ħafna l-ħajja ta’ San Girgor il-Kbir.

San Girgor għex ħafna snin ilu. Twieled għall-ħabta tas-sena 540. Kien imdaħħal mill-bidu fil-ħajja pubblika, kien minn familja nobbli, mal-ewwel kien impenjat fis-soċjetà fl-amministrazzjoni, u sar prefett ta’ Ruma… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 2:9-13
Salm: 138 (139):7-8,9-10,11-12ab

L-Evanġelju: Mt 23:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! … Kompli aqra »

Eħlisna mill-ipokresija – L-Isqof Galea-Curmi

  l-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej” (Mt 23:13). Dan hu li Ġesù jirrepeti għal tliet darbiet f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Mattew, u din is-silta hi parti minn diskors itwal fejn Ġesù jirrepeti għal diversi drabi “Ħażin għalikom”.  Jolqotna dan il-kliem, għax minn fomm Ġesù ħafna drabi nisimgħu kliem differenti. Niftakru fl-istess Evanġelju skont San Mattew meta lid-dixxipli jgħidilhom “Henjin” (Mt 5:3-11)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

l-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:7-19
Salm: 70:1-6,15,17

L-Evanġelju: Mk 6:17-29

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.”

Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »