Arkivji mensili: Settembru 2023

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1:1-8
Salm: 51 (52):10,11

L-Evanġelju: Lq 4:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu… Kompli aqra »

Meta l-folla tilfet rasha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Meta semgħu dan fis-sinagoga, kulħadd imtela bil-korla” (Lq 4:28). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum skont San Luqa, meta Ġesù kien qed jitkellem fis-sinagoga. Kulħadd imtela fil-korla, imma ma waqfux hemm. Saru vjolenti. Fil-fatt l-Evanġelju jgħid li qamu, ħarġu lil Ġesù barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom biex jixħtuh minn hemm fuq għal isfel… Kompli aqra »

Nerfgħu s-salib meta naħdmu kontra dak li hu ħażin – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fit-22 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja ta' San Franġisk, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Itlaq minn quddiemi, ja xitan” (Mt 16:23). Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum. U lil min jgħidu? Minn kulħadd, jgħidu lil Pietru, li hu ried li jkun il-kap tal-Knisja! Fil-fatt jolqotna dan il-kliem, meta proprju ftit qabel, Ġesù kien qallu: “Inti, Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi” (Mt 16:18). Għaliex jgħidlu f’mument minnhom li se jibni l-Knisja fuqu, fuq din il-blata, u ftit wara jgħidlu “itlaq minn quddiemi, ja xitan”? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Settemberu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 5:1-6,9-11
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Lq 4:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! … Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku se jippubblika Ittra Appostolika dwar Santa Tereża ta’ Lisieux

Waqt it-titjira lejn il-Mongolja fl-aħħar ta’ Awwissu, il-Papa Franġisku qal li hu qed iħejji Ittra appostolika dwar Santa Tereża ta’ Lisieux, li se tiġi ppubblikata fil-15 ta’ Ottubru.

Il-Papa stqarr dan waqt li kien qed isellem lis-70 ġurnalist u ġurnalista li vvjaġġaw miegħu għaż-żjara ta’ erbat ijiem f’Ulaanbaatar, il-kapitali tal-Mongolja.

Waqt Udjenza ġenerali fis-7 ta’ Ġunju, il-Papa kien diġà ħabbar li kien qed jikteb Ittra appostolika dwar il-Patruna tal-Missjonijiet… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Mongolja: Il-fidi Nisranija hi t-tweġiba għall-għatx għall-imħabba

Mongolia, an “immense” country, “rich in history and culture”, is yet “marked by the aridity of the steppes and the desert” – an apt metaphor for the thirst for happiness and love that is found in the heart of every human being.

In his homily during Mass on Sunday in Ulaanbaatar’s Steppe Arena, Pope Francis dwelt on this “thirst within us” and “the love that quenches it,” taking his inspiration from the day’s responsorial Psalm: “O God… my soul thirsts for you; my flesh faints for you, as in a dry and weary land where there is no water.”

Only Christ can quench our thirst

This verse invites us first “to acknowledge the thirst within us.” The Psalmist’s words “have a particular resonance in a land like Mongolia, with its traditional nomadic culture,” the Pope explained, adding, “All of us are ‘God’s nomads,’ pilgrims in search of happiness, wayfarers searching for love.”

“Dear brothers and sisters,” Pope Francis said, “the Christian faith is the answer to this thirst… For in this thirst lies the great mystery of our humanity: it opens our hearts to the living God, the God of love, who comes to meet us and to make us his children, brothers, and sisters to one another.”

The Holy Father said, “This is the heart of the Christian faith: God, who is love, has drawn near to you in His Son Jesus, and wants to share in your life, your work, your dreams, and your thirst for happiness.”

If at times in our lives we “experience the desert of loneliness, fatigue, and emptiness,” the Pope said, citing St Augustine, God refreshes us with “the dew of His Word… He has opened for us a highway in the desert, Our Lord Jesus Christ.” God offers us consolation in the preachers of the word, and water in the desert “by filling those preachers with the Holy Spirit.”

The heart of our faith

This Word, Pope Francis said, “always brings us back to the very heart of our faith: allowing ourselves to be loved by God and in turn to make our lives an offering of love… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Settembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4:13-18
Salm: 95 (96):1 u 3,4-5,11-12,13

L-Evanġelju: Lq 4:16-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej”… Kompli aqra »

Bejn bluha u għaqal – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin” (Mt 25:2). Hekk jiddeskrivi Ġesù lil dawn l-għaxar xebbiet tal-parabbola. U mal-ewwel jurina li jrid jagħti messaġġ, meta jgħid li minn dawn l-għaxar xebbiet, ħamsa kienu boloh u ħamsa għaqlin.

Meta naqraw din il-parabbola, kultant l-ewwel ma jiġi f’moħħna hu: imma dawn ix-xebbiet li kellhom iż-żejt fil-kwies ma setgħux għenu lill-oħrajn li ma kellhomx, jagħtuhom xi ftit? … Kompli aqra »