L-Arċisqof jieħu sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan
30/09/2023L-Arċisqof Charles Scicluna ħalla Malta dalgħodu sabiex jieħu sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar is-Sinodalità li se jsir fil-Vatikan bejn l-4 u d-29 ta’ Ottubru 2023.
Waqt dan is-Sinodu, fejn se jiġu diskussi l-qofol tal-ħajja u l-missjoni tal-Knisja, se jieħdu sehem 464 persuna, li huma kardinali, isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi u anke lajċi. Dan is-Sinodu qed jitqies bħala pass importanti għall-Knisja Kattolika għaliex, għall-ewwel darba, il-lajċi rġiel u nisa se jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ… Kompli aqra »