L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru
29/10/2023Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Rum 8:12-17
Salm: 67 (68):2 u 4,6-7ab,20-21
L-Evanġelju: Lq 13:10-17
Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox.
Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.” U qegħdilha jdejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »