Il-leħen – L-Isqof Galea-Curmi
10/12/2023 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm” (Mk 1:5). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum fuq Ġwanni l-Battista meta kien fid-deżert. Il-preżenza tiegħu kienet tattira lil ħafna nies. Kien jidher ftit stramb minn barra, imma n-nies kienu jaraw fih bniedem awtentiku li qed iwassal messaġġ hekk importanti biex jippreparahom għall-miġja tal-Messija.
Fil-fatt, mal-ewwel jolqotna l-fatt li għalkemm kien ikollu tant nies madwaru jisimgħuh, qatt ma kien lin-nies jiġbidhom lejh biex jibqgħu miegħu, biex iħarsu lejh jew jisimgħu lilu u jieqfu hemm, imma kien kontinwament jipponta lejn Ġesù li ġej: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu” (Mk 1:7)… Kompli aqra »