Yearly Archives: 2023

Il-Papa fl-Anġelus: Insib ħin biex nagħmel xi att konkret u gratwit ta’ servizz?

  Il-Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-festa t-tajba!

Illum, solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata, l-Evanġelju jagħtina x-xena tat-Tħabbira tal-Anġlu (cfr Lq 1,26-38). Din ix-xena turina żewġ atteġġjamenti ta’ Marija li jgħinuna nifhmu kif hi għożżot id-don uniku li rċeviet, dak ta’ qalb ħielsa għal kollox mid-dnub. Dawn l-atteġġjamenti huma l-istagħġib għall-opra t’Alla u l-fedeltà fl-affarijiet sempliċi.

Naraw l-ewwel l-istagħġib.  … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 10 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali, L-Iklin

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:1-5,9-11
Salm: 84(85):8-9ab,10-14
It-Tieni Qari: 2 Piet 3:8-14

L-Evanġelju: Mk 1:1-8

Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla. Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Iżaija l-profeta: “Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbar tiegħi biex iħejji triqtek. Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.”

Hekk Ġwanni deher jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30:19-21,23-26
Salm: 146 (147):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 9:35 – 10:1,6-8

F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit… Kompli aqra »

Infakkru d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem fost iż-żieda fil-vjolenza

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi għall-Jum Dinji tal-Bniedem 2023

Photo by Ahmed Akacha on pexels.com

The commemoration of the Universal Declaration of Human Rights on the 10th December this year is taking place in the shadow of an ever-widening spiral of violence, risking humanity’s condemnation to a future of unimaginable pain, fear, and destruction. In response, the Justice and Peace Commission unreservedly condemns the horrific acts of violence that are once again ravaging the Holy Land and its people and calls for a radical shift from a global paradigm of violent war and revenge to a paradigm of just peace and reconciliation… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerozità b’risq id-Dar tal-Providenza fl-ewwel ta’ Jannar 2024

Gġal darboħra, il-Festa ta’ Ġenerozità b’risq id-Dar tal-Providenza se terġa tiġi organizzata taħt tinda fil-parkeġġ tad-Dar, is-Siġġiewi. Dan tħabbar mid-Direttur tad-Dar, Fr Martin Micallef, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu t-Tlieta, 5 ta’ Diċembru 2023.

Il-Festa ta’ Ġenerożità se tkun trasmessa fuq l-istazzjonijiet ewlenin tat-televixin bejn l-10am u nofsillejl. Fid-9:30am, TVM2 ixandar il-quddiesa li se titmexxa mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna mill-kappella tad-Dar… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tal-Kunċizzjoni – 8 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  L-Oratorju tal-Kunċizzjoni fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20
Salm: 97:1-4
It-Tieni Qari: Efes 1:3-6,11-12

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimhaNazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Mingħajr l-Ispirtu s-Santu kull żelu hu għalxejn

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti,

Fil-katekeżijiet li għaddew rajna kif it-tħabbira tal-Vanġelu hi ferħ, hi għal kulħadd u għandha ssir għal-lum. Issa niskopru karatteristika oħra tal-aħħar li hi essenzjali: hemm bżonn li t-tħabbira ssir fl-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt, biex “inwasslu lil Alla” mhumiex biżżejjed il-kredibbiltà hienja tax-xhieda, l-universalità tat-tħabbira u l-attwalità tal-messaġġ. Mingħajr l-Ispirtu s-Santu kull żelu hu għalxejn u falzament appostoliku: ikun biss ħaġa tagħna u ma jagħmilx frott… Kompli aqra »