Yearly Archives: 2023

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 13:1-9
Salm: 18:2-3,4-5

L-Evanġelju: Lq 17:26-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll.

L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »

Il-Papa waqt Udjenza: Ġesù huwa l-ferħ

  Saint Peter's Square, The Vatican

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li ltqajna ma’ bosta xhieda tat-tħabbira tal-Vanġelu, illum nipproponi li niġbru fil-qosor dan iċ-ċiklu ta’ katekeżi dwar iż-żelu appostoliku f’erba’ punti, imnebbħin mill-Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium, li dan ix-xahar qed tagħlaq għaxar snin. L-ewwel punt li se naraw illum, l-ewwel minn erbgħa, ma jistax ma jmissx l-atteġġjament li minnu tiddependi l-essenza tal-ġest ta’ evanġelizzazzjoni: il-ferħKompli aqra »

Jimpurtani – maratona ta’ mħabba minn Caritas Malta

Caritas Malta tinsab fl-aħħar tal-preparamenti fl-organizzazzjoni ta’ maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se ssir nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru 2023 bejn il-11:00am u l-11:00pm.

Maratona ta’ mħabba, dis-sena bit-tema ‘Jimpurtani’, se tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, fejn minbarra skop ta’ ġbir ta’ fondi, Caritas Malta tkun qed twassal stejjer ta’ suċċess ta’ persuni li resqu għall-għajnuna għad-diversi servizzi li toffri din l-organizzazzjoni… Kompli aqra »

Nilqgħu lil kulħadd, hu kif inhu – l-Arċisqof

Quddiesa fil-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru” (Lq 19:20). Xi tfisser din il-kelma ta’ Ġesù?

Meta inti qed tfittex is-Saltna ta’ Alla toqgħodx tfittex affarijiet kbar ħafna jew li jidhru. L-ewwel fittex jekk fil-qalb tiegħek għandekx il-paċi. Jekk tkun inkwetat allura m’għandniex paċi, jew jekk jien irrabjat, jew qed ngħir għal xi ħadd, jew miġġieled jew miġġielda ma’ xi ħadd… Kompli aqra »

Quddiesa fl-anniversarju tal-iskola ta’ San Albert – 16 ta’ Novembru 2023, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 7:22 – 8:1
Salm: 118 (119):89,90,91,130,135,175

L-Evanġelju: Lq 17:20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

Paċi mibnija fuq il-ġustizzja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa bis-sehem tad-delegeti tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi tal-Ewropa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

The first words in today’s readings are: “Love justice” (Wisdom 1:1). In his Encyclical Fratelli Tutti, Pope Francis emphasizes that peace is built on justice. It is proactive, and aims at forming a society based on service to others and on the pursuit of reconciliation and mutual development (cf Fratelli Tutti, 229).

We have heard in the Gospel Jesus speaking about forgiveness, and saying: if your brother offends you and asks you pardon, forgive him; and if he offends you seven times in a day and says he is sorry, forgive him again and again” (cf Lk 17:3-4)… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-gradwati ġodda: Qatt tfittxu qligħ a skapitu tad-dinjità tagħkom jew ta’ ħaddieħor

Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

“Għamilna biss dak li kellna nagħmlu” (Lq 17:10). X’qed jipprova jgħallimna Ġesù, meta jgħidilna, intom qaddejja, dan hu li għandu jiddistingwikom. It-titlu li għandkom tippreferu, huwa li intom issejħu lilkom infuskom qaddejja. Faċli tgħidha, imma mhux daqshekk faċli tgħixha. Għaliex hemm valuri hemm barra, jekk nistgħu nsejħulhom valuri, u mhux diżvaluri, li qabel ipoġġu l-qligħ, il-prestiġju, il-poter. Li huma l-antitesi, kollox bil-maqlub li tkun qaddej… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Novembru 2023, 9:30am