Għaqal u responsabbiltà – L-Isqof Galea-Curmi
12/11/2023 Il-Knisja Parrokkjali, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jaqdi dmiru” (Mt 24:46). Dan il-kliem Ġesù jgħidu ftit qabel ma jirrakkonta l-parabbola tal-għaxar xebbiet, u huwa l-kliem li fil-fatt ifisser il-messaġġ importanti tal-Evanġelju meta jgħid din il-parabbola.
Hawnhekk Ġesù, meta jsemmi dawn l-għaxar xebbiet – ħamsa kienu għaqlin u ħamsa kienu boloh – li kienu qed jistennew l-għarus, qed ifisser dak li aħna rridu nagħrfu f’ħajjitna, għax f’mument jew ieħor se niltaqgħu ma’ Ġesù fi tmiem ħajjitna… Kompli aqra »