Yearly Archives: 2023

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 15:14-21
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 16:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’

L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal: ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? … Kompli aqra »

Francesco Zahra f’Casa Manresa

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tfakkar il-250 anniversarju mill-mewt ta’ Francesco Zahra permezz ta’ wirja ta’ pitturi fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Zahra hu wieħed mill-aqwa artisti tal-Barokk f’Malta. Il‑wirja, li tinsab fil‑pjan terran tal‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, tiffoka fuq episodji mill‑Passjoni ta’ Kristu u suġġetti devozzjonali oħra li dan l‑artist ewlieni Malti pitter għall‑Kurja tal‑Arċisqof, magħrufa wkoll bħala Casa Manresa, li nbniet fl‑1743 bħala post tal‑irtiri mill‑Ġiżwiti.

Il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku sat-2 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Meta nevanġelizzaw, aħna niġu evanġelizzati

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fost il-ħafna xhieda tal-passjoni għat-tħabbira tal-Vanġelu, dawk l-evanġelizzaturi appassjonati, illum nippreżenta l-figura ta’ mara Franċiża tas-seklu 20, il-Venerabbli Qaddejja ta’ Alla Madeleine Delbrêl. Twieldet fl-1904 u mietet fl-1964, kienet assistenta soċjali, kittieba u mistika, u għexet għal fuq 30 sena fil-periferija fqira tal-Pariġi fejn kienu joqogħdu l-ħaddiema. Imsaħħra mil-laqgħa tagħha mal-Mulej, kitbet: “Meta niltaqgħu mal-Kelma ta’ Alla, ma għandniex dritt ma nilqgħuhiex; la nirċevuha, ma għandniex dritt ma nħalluhiex titlaħħam fina, u ladarba tkun tlaħħmet fina, ma għandniex dritt inżommuha għalina: minn dak il-mument aħna nappartienu lil dawk li qed jistennewha” (La santità della gente comune, Milano 2020, 71)… Kompli aqra »

Quddiesa fil-100 sena anniversarju mit-twaqqif ta’ A&CO Group – 9 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  A&CO Group, il-Marsa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 2:13-23

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:
«Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?»
Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

Inawgurata l-Kċina ta’ Marta: 1,200 ikla b’xejn fil-ġimgħa lill-persuni fil-bżonn

  Il-Kċina ta' Marta, Tal-Virtù

L-Arċisqof Charles Scicluna inawgura l-Kċina ta’ Marta, inizjattiva oħra tal-Knisja f’Malta sabiex tkompli tgħin lill-persuni li bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli. Madwar 350 persuna fil-ġimgħa qed jirċievu mal-1,200 ikla b’xejn ippreparata mit-30 voluntier tal-Kċina ta’ Marta fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù. 20 persuna oħra jieħdu ħsieb it-tqassim tal-ikliet fid-djar għal dawk li ma jistgħux joħorġu minn darhom. Il-Kċina ta’ Marta hi inizjattiva mmexxija minn LOOP Djakonija Parroċċi bl-għajnuna ta’ The Alfred Mizzi Foundation… Kompli aqra »

Rakkomandazzjonijiet dwar iż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien

Sottomissjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Wara li f’Awwissu li għadda l‑Qorti ta’ Malta ddeċidiet li ma jsirx żvilupp f’Ħondoq ir‑Rummien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) għamlet is‑suġġerimenti tagħha fil‑proċess ta’ konsultazzjoni tal‑Ministeru għax‑Xogħlijiet Pubbliċi u l‑Ippjanar, u l‑Awtorità tal‑Ippjanar, dwar ir‑reviżjoni tal‑policy tal‑ippjanar għas‑sit ta’ Ħondoq ir‑Rummien kif imfassal fil‑pjan lokali ta’ Għawdex u Kemmuna.

Kwalità tal‑ħajja ħolistika

Il‑Kummissjoni Ambjent qed tipparteċipa fil‑proċess ta’ konsultazzjoni biex issostni li kienet qalet fl‑istqarrijiet maħruġa fl‑20 ta’ Lulju 2010 u l‑24 ta’ April 2013 fl‑eqqel tal‑kwistjoni ta’ Ħondoq ir‑Rummien… Kompli aqra »

175 sena mill-ewwel skola tal-Knisja f’Malta

F’għeluq il-175 sena minn meta nfetħet l-ewwel skola tal-Knisja f’Malta Newsbook tkellem ma’ Fr Leslie Gatt, Provinċjal tal-Patrijiet Agostinjani għaliex propja l-ewwel skola kienet dik ta’ Santu Wistin.

Fr Leslie fakkar li fil-bidu l-edukaturi kienu kollha patrijiet. L-iskola ta’ Santu Wistin infetħet fl-1848, 16-il sena wara li l-Kummissjoni tal-Gvern Ingliż kienet sabet il-bżonn kbir tal-iskejjel, il-bżonn li t-tfal ikollhom edukazzjoni għaldaqstant bdew jinfetħu diversi skejjel… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Novembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »