Yearly Archives: 2023

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8:18-25
Salm: 125 (126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 13:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha.”

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

Nagħmlu l-ġid dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; mela fihom ejjew biex titfejqu, u mhux is-Sibt!” (Lq 13:14). Din hija d-dikjarazzjoni li għamel il-kap tas-Sinagoga, u skont l-Evanġelju, għamilha “b’saħna fuqu”. Ir-raġuni kienet illi Ġesù kien għadu kif fejjaq mara li kienet ilha tmintax-il sena sħaħ marida u, minħabba l-mard tagħha, kienet ukoll milwija ħafna, lanqas kienet tista’ toqgħod dritta. 

X’naraw fl-attitudni ta’ Ġesù, mbagħad min-naħa l-oħra, tal-kap tas-Sinagoga? … Kompli aqra »

It-talba tal-Papa għall-paċi fid-dinja

"Dawwar ħarstek ħanina fuq il-familja umana, li nsiet it-triq tal-paċi"

Marija, ħares lejna!  Ninsabu hawn quddiemek. Inti Omm, taf x’inhuma t-toqol tagħna u l-ġrieħi tagħna. Inti, Reġina tal-Paċi, tbati magħna u għalina x’ħin tara lil uliedek għajjiena minħabba l-kunflitti, bid-dieqa f’qalbhom minħabba l-gwerer li qed ikissru d-dinja.

Siegħa ta’ dlam. Din hi siegħa ta’ dlam, Omm tagħna. U f’dis-siegħa ta’ dlam aħna nintilfu f’għajnejk ileqqu u nafdaw ruħna fil-qalb ħanina tiegħek, sensibbli għall-problemi tagħna.  … Kompli aqra »

Ir-rapport tas-Sinodu: Knisja li tinvolvi lil kulħadd u li hija viċin il-pjagi tad-dinja

The Synthesis Report at the conclusion of the 16th General Assembly of the Synod on Synodality is published. Looking ahead to the second session in 2024, the text offers reflections and proposals on topics such as the role of women and the laity, the ministry of bishops, priesthood and the diaconate, the importance of the poor and migrants, digital mission, ecumenism, and abuse.

Women and the laity, diaconate, ministry and magisterium, peace and the climate, the poor and migrants, ecumenism and identity, new languages and renewed structures, old and new missions (including the “digital” mission), listening to all and probing everything more deeply, even the most ‘controversial’ issues… Kompli aqra »

Il-Ġmiel tal-Imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tas-Sorijiet tal-Karita, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir tal-liġi?” (Mt 22:36). Din il-mistoqsija li għamlu lil Ġesù – kif smajna fl-Evanġelju llum – kienet fi żmien Ġesù mistoqsija li jagħmlu l-għorrief biex jagħżlu liema fost il-kmandamenti kien l-iktar wieħed importanti. Kellhom diversi liġijiet u kmandamenti – kien hemm ’l fuq minn 600, uħud jgħidulek x’għandek tagħmel u oħrajn x’m’għandekx tagħmel. U kienu jiddilettaw jagħmlu din id-diskussjoni biex jagħrfu liema hu l-kmandament l-iktar importanti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8:12-17
Salm: 67 (68):2 u 4,6-7ab,20-21

L-Evanġelju: Lq 13:10-17

Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox.

Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.” U qegħdilha jdejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jitlob il-waqfien mill-ġlied fl-Art Imqaddsa

Pope Francis has called for a ceasefire in the Holy Land. Addressing the faithful gathered in St Peter’s Square for his Sunday Angelus, the Holy Father invited everyone to “continue to pray … for the serious situation in Palestine and Israel”. In particular, he asked that humanitarian aid be allowed to enter Gaza and that all hostages be freed. 

The situation in Gaza has intensified over the last few days… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 29 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tas-Sorijiet tal-Karità, Ħal Balzan