Yearly Archives: 2023

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12
Salm: 18 (19), 8.9.10.11

L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

Il-Papa fil-ftuħ tas-Sinodu tal-Isqfijiet: Ejjew nimxu mal-Ispirtu s-Santu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Is-Sinodu jservi biex ifakkarna li “Ommna l-Knisja dejjem għandha bżonn tiġi ppurifikata”, qal il-Papa Franġisku dalgħodu fi Pjazza San Pietru waqt l-omelija tal-quddiesa tal-ftuħ tas-16-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Huwa stieden lill-fidili biex jaqbdu “biss l-armi tal-Vanġelu: umiltà u għaqda, talb u karità”, fuq il-passi ta’ San Franġisk, il-qaddis tal-lum. Fakkar fis-sejħa ta’ Ġesù mill-Kurċifiss ta’ San Damjan lill-Fqajjar ta’ Assisi fuq 800 sena ilu: “Mur u sewwi l-Knisja tiegħi”… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Pawlu Cremona u George Frendo jiċċelebraw 60 sena mill-professjoni reliġjuża

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u l-Arċisqof Emeritu George Frendo, it-tnejn Dumnikani, iċċelebraw is-60 anniversarju mill-professjoni reliġjuża tagħhom.

Kien fl-1963 li Pawlu Cremona u George Frendo bdew il-mixja vokazzjonali tagħhom lejn is-saċerdozju bħala patrijiet Dumnikani.

Mons. Cremona, li huwa mwieled il-Belt, ipprofessa fl-Ordni ta’ San Duminku fl-età ta’ 17-il sena, filwaqt li Mons. Frendo, li huwa mwieled Ħal Qormi, ipprofessa fl-età ta’ 16-il sena… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jwieġeb għad-dubji ta’ ħames kardinali

The Dicastery for the Doctrine of the Faith the Dicastery for the Doctrine of the Faith has published Pope Francis’ answers to the questions of Cardinals Brandmüller, Burke, Sandoval Íñiguez, Sarah and Zen Ze-kiun  (VATICAN MEDIA Divisione Foto

Pope Francis has responded to five Dubia [questions; lit. “doubts”] that were sent to him last July by Cardinals Walter Brandmüller and Raymond Leo Burke supported by three other Cardinals, Juan Sandoval Íñiguez, Robert Sarah, and Joseph Zen Ze-kiun… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 2:1-8
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 9:57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”.

U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”… Kompli aqra »

Jibdel id-domanda – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali San Bastjan, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“U l-proxxmu tiegħi min hu?” (Lq 10:29) Din hi d-domanda li, kif rajna fl-Evanġelju llum, għamel l-għaref tal-liġi lil dak li kien il-milja tal-għerf, Ġesù.

Ġesù kien spjega kif l-akbar kmandament huwa li tħobb lill-Mulej Alla tiegħek “b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha, u l-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Lq 1:26); u dan l-għaref għamillu d-domanda: “u l-proxxmu tiegħi min hu?”

Jekk naraw dak li jgħid Ġesù fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, nindunaw li Ġesù, bħala edukatur veru tajjeb, jgħinu mhux biss biex ikollu risposta għad-domanda tiegħu, imma biex jagħraf li hemm bżonn jibdel id-domanda tiegħu… Kompli aqra »

Open Day 2023: Skopri l-qalb tal-Knisja

Wirja awdjo-viżiva li tispjega l-episodji bibliċi mpittra fis-seklu 18 fir-Refettorju, fil-kuntest ta’ temi importanti għas-soċjetà tal-lum. Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Nhar il‑Ħadd li ġej, 8 ta’ Ottubru 2023, il‑pubbliku huwa mistieden iżur il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana waqt l‑attività Ġenna ta’ Ġonna. It‑tema magħżula għall‑open day ta’ din is‑sena hi “Knisja li taqdi” fejn il‑viżitaturi se jkunu jistgħu jesperjenzaw x’tagħmel il‑Knisja fil‑qasam tad‑djakonija, jiġifieri l‑ħidma tagħha mal‑persuni fil‑bżonn fis‑soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 8:20-23
Salm: 86 (87):1-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 9:51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”… Kompli aqra »