Yearly Archives: 2023

Il-leħen – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm” (Mk 1:5). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju llum fuq Ġwanni l-Battista meta kien fid-deżert. Il-preżenza tiegħu kienet tattira lil ħafna nies. Kien jidher ftit stramb minn barra, imma n-nies kienu jaraw fih bniedem awtentiku li qed iwassal messaġġ hekk importanti biex jippreparahom għall-miġja tal-Messija.

Fil-fatt, mal-ewwel jolqotna l-fatt li għalkemm kien ikollu tant nies madwaru jisimgħuh, qatt ma kien lin-nies jiġbidhom lejh biex jibqgħu miegħu, biex iħarsu lejh jew jisimgħu lilu u jieqfu hemm, imma kien kontinwament jipponta lejn Ġesù li ġej: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu” (Mk 1:7)… Kompli aqra »

Naħdmu flimkien għall-ġid tal-komunità, naħfru lil xulxin – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-bidu ta’ din il-quddiesa u dan ir-rit solenni u storiku għal din il-parroċċa għażiża, aħna raxxaxna l-ilma mbierek fuqna nfusna. U fakkarna l-wegħda li għamel Ġwanni l-Battista, fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, meta jgħid: Jiena għammidtkom bl-ilma, imma warajja ġej xi ħadd aqwa minni, li jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu. It-traxxix tal-ilma mbierek, lilna l-Insara jfakkarna dejjem fil-Mgħamudija tagħna. 

Illum ukoll raxxaxna dan l-artal bl-ilma mbierek, għax minn hawn u ftit ieħor dan l-artal, bit-talba tal-Knisja, bid-dilka, biż-żejt tal-griżma, se jkun ikkonsagrat lil Alla… Kompli aqra »

Inawgurat mużew ekkleżjastiku ġdid fil-Mellieħa

Illum ġie inawgurat il‑Pilgrim’s Lodge, mużew ekkleżjastiku ġdid biswit is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Dan sar b’investiment konġunt ta’ €643,000 mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu u fondi Ewropej.

Dan il‑mużew, li l‑binja tiegħu hi waħda mill‑eqdem fil‑Mellieħa, joffri tagħrif dwar l‑istorja tas‑Santwarju tal‑Mellieħa kif ukoll oġġetti devozzjonali użati mis‑santwarju matul is‑snin. Permezz ta’ dawn l‑oġġetti, kull min se jżur il‑post se jkun jista’ jesperjenza dak li għexu l‑pellegrini li matul is‑snin żaru l‑Madonna tal‑Mellieħa sabiex tinterċedi għalihom fil‑bżonnijiet tagħhom… Kompli aqra »

Inħejju l-mogħdijiet ta’ qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bdejna naqraw it-tieni Evanġelju, l-Evanġelju skont San Mark. U San Mark jibda billi jispjegalna xi tfisser il-kelma ‘evanġelju’: “Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla” (Mk 1:1).

X’inhu l-għerq ta’ din il-kelma li bil-Grieg tfisser ‘aħbar tajba’ – evangélio? Kienet tintuża meta fil-bliet u rħula kienet tixxandar il-miġja tas-sultan; qed ngħidu eluf ta’ snin ilu, u anke fi żmien Ġesù u qabel, anke qabel iż-żmien il-profeta Iżaija 300 sena qabel Ġesù… Kompli aqra »

Mibnija fuq id-dinjità tal-bniedem

Artiklu mill-Isqof Joseph Galea-Curmi ppubblikat fuq The Sunday Times

Photo by Markus Spiske on Unsplash

The 10th December, marks the 75th anniversary of the adoption, by the United Nations, of the Universal Declaration of Human Rights. The drafters of the Universal Declaration were well aware of the countless terrible violations of human rights that had been committed especially in the two World Wars. Member States agreed that a blatant disregard for human rights had resulted in barbarous acts which outraged the conscience of mankind… Kompli aqra »

Avviż

Għada, it-Tlieta, 12 ta’ Diċembru, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ il-Ħamis, 14 ta’ Diċembru. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35:1-10
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 5:17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

Nippreferu nagħtu tort lil kulħadd, imma mhux lilna nfusna – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin fl-ewwel versi tal-Evanġelju skont San Mark. U l-ewwel kliem ta’ dan l-Evanġelju, li għadna kemm smajna, u li qralna Fr Aayrton, jispjegaw x’inhi din il-kelma Evanġelju. Fil-fatt, hekk jibda: “Il-Bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-Iben ta’ Alla” (Mk 1:1). Imma minn fejn ġejja l-kelma Evanġelju? Bil-Grieg tfisser ‘Aħbar Tajba’. ‘Euangélion’ – Aħbar Tajba. Imma kellha sinifikat preċiż fi żmien Ġesù… Kompli aqra »

Mimlija bil-grazzja – L-Isqof Galea-Curmi

  L-Oratorju tal-Kunċizzjoni, il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek” (Lq 1:28). F’dan il-kliem, speċjalment meta l-anġlu jsejjaħ lil Marija “mimlija bil-grazzja”, għandna t-tifsira tal-festa kbira li niċċelebraw illum – l-Immakulata Kunċizzjoni. Din hija waħda mill-meravilji li Alla għamel fl-Istorja tas-Salvazzjoni: li lil Marija ħelisha mid-dnub tan-nisel, sa mill-ewwel mument. U għamel dan biex lilha jħejjiha ħalli hi tista’ tilqa’ lil Ġesù fiha bl-aħjar mod… Kompli aqra »