Yearly Archives: 2024

108 xogħlijiet tal-arti se jiġu rkantati waqt il-Festa ta’ Ġenerożità

B’appoġġ għad-Dar tal-Providenza, 108 xogħol tal-arti mill-isbaħ, ġenerożament mogħtija minn artisti lokali u barranin, se jiġu rkantati online fuq www.belgraviaauctions.com matul il-Festa ta’ Ġenerożità nhar l-Erbgha, l-1 ta’ Jannar 2025.

Dawk li jixtiequ jagħtu titwila lil dawn ix-xogħlijiet tal-arti, jistgħu jagħmlu dan fis-sala tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fejn ix-xogħlijiet kollha jkunu għall-wiri matul il-jum kollu. Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Jannar 2025

Ritratt: Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Mill-Accountancy u l-Psikoloġija…jibdew il-vjaġġ għal sorijiet

Mill-korsijiet tal-Kontabilità u l-Psikoloġija fl-Università ta’ Malta, Christianne Farrugia u Erika Spiteri jinsabu fi vjaġġ li bdew madwar tliet snin ilu – dak li jista’ jwassalhom biex isiru sorijiet.

Newsbook Malta reħielha lejn il-kunvent tas-sorijiet tal-Ordni Agostinjan fi Fleur de Lys fejn iltaqa’ ma’ żewġ tfajliet li qed iħarsu lejn il-ħajja vokazzjonali ta’ soru bħala possibiltà fejn jistgħu jkompli jesploraw il-ferħ tas-sejħa, iżda wkoll kif jistgħu jaqsmuha ma’ oħrajn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:18-21
Salm: 95 (96):1-2,11-12,13

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni… Kompli aqra »

Familja li tagħtina t-tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” (Lq 2:48) Dan il-kliem ta’ Marija fil-ġrajja li għadna kemm smajna jurina mument ta’ kriżi fil-familja li qed niċċelebraw illum – il-familja ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.

Kienu jmorru kull sena Ġerusalemm għall-Festa tal-Għid, imma dak inhar, meta Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù magħhom ukoll, huma u sejrin lura d-dar – kienet tkun familja kbira bil-qraba u nies oħra – intebħu li ma kienx magħhom Ġesù… Kompli aqra »

Pellegrini tat-Tama – Protetturi tal-Ħajja

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illum fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u fid-djoċesi ta’ Għawdex qed nagħtu bidu għall-Ġublew 2025. Dan isegwi l-inawgurazzjoni uffiċjali tas-Sena Mqaddsa mill-Papa Franġisku lejlet il-Milied, immarkata mill-ftuħ tal-Bieb Imqaddes fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Is-Sena tal-Ġublew hi żmien importanti għall-Knisja Kattolika. Il-Papa Franġisku għażel bħala tema: “Pellegrini tat-Tama”. Din il-mixja tħeġġeġ tiġdid tal-fidi u impenn ġdid għall-ħajja spiritwali. F’dinja li qed taffaċċja sfidi profondi, din it-tema sservi bħala gwida għalina lkoll… Kompli aqra »

Il-Papa b’appell lill-familji: Poġġu madwar il-mejda u tkellmu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Il-Papa Franġisku talab għal familji madwar id-dinja li qed isofru minħabba mwiet ikkawżati mill-gwerer.

Waqt l-indirizz tiegħu fil-Festa tal-Familja Mqaddsa, il-Papa sellem lill-familji miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, u lil dawk li kienu qed isegwuha permezz tal-midja.

Huwa sostna li ħsibijietu jinsabu ma’ familji fil-Korea t’Isfel li qed jibki it-telfa tal-għeżież tagħhom wara li ġġaraf ajrupan waqt inżul ta’ emerġenza nhar il-Ħadd li għadda… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:12-17
Salm: 95 (96):7-8a,8b-9,10

L-Evanġelju: Lq 2:36-40

Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb… Kompli aqra »