Yearly Archives: 2024

It-talba taċ-ċenturjun – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Lil wieħed ngħidlu ‘mur’, u jmur; lill-ieħor ngħidlu ‘ejja’, u jiġi” (Mt 8:9). Dan hu l-kliem taċ-ċenturjun fl-Evanġelju llum, meta kien qed jitkellem ma’ Ġesù. Qed jgħidlu l-esperjenza tiegħu kif, għall-kelma tiegħu, in-nies li kellu miegħu kienu jobdu. Kien hemm dixxiplina. Iġib l-għira, kultant, dan iċ-ċenturjun kif kienu jimxu l-affarijiet man-nies li kien jieħu ħsieb! Imma kellu qaddej li kien marid ħafna, u lil dan ma setax jgħidlu “kun imfejjaq” u jfiq… Kompli aqra »

Tarbija titwieled b’saħħitha minkejja li t-tobba ssuġġerew li jsir abort

Katarina Galea Curmi

Madwar 20 sena ilu, omm ta’ żewġt itfal li kienet qed tistenna tarbija ingħatat l-aħbar li t-tarbija fil-ġuf mhux qed jiżviluppalha l-moħħ kif mistenni, u li kawża ta’ hekk, ikun aħjar li tirreferi għall-abort, liema parir ġie rrifjutat mill-ġenituri.

Din l-istorja ħarġet fil-beraħ matul simpożju dwar il-kura ħolistika għall-familji li qed jistennew tarbija li għandha xi forma ta’ diżabilità, organizzat mil-Life Network Foundation, fejn bosta ommijiet kif ukoll professjonisti fil-qasam mediku esprimew l-esperjenzi u sitwazzjonijiet xejn faċli li jaffaċċjaw… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 11:1-10
Salm: 71 (72):2,7-8,12-13,17

L-Evanġelju: Lq 10:21-24

F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

It-tama li tqawwilna qalbna – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom” (Lq 21:28). Dan il-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju jgħidu fost kliem ieħor li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, mhuwiex kliem li jqawwilna qalbna u jgħinna nerfgħu rasna.

F’din is-silta, Ġesù qed jitkellem fuq it-tieni miġja tiegħu. Għall-bidu, qisu hu kliem li intenzjonat biex ibeżżagħna u jdaħħalna f’qoxortna. Imma, fil-fatt, il-kliem ta’ Ġesù mhuwiex biex ibeżża’, imma biex jurina r-realtà kif inhi… Kompli aqra »

Tnedija ta’ Beyond GDP II: l-isfidi moħbija taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’Malta

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Ritratt: Nicolai Borg

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta ppubblikat l‑aħħar rapport tagħha, Beyond GDP II: Third Country Nationals in Malta: Sharing in our economic future or serving labour market interests? Ir‑rapport inħareġ fi żmien meta l‑policies dwar il‑migrazzjoni qed jevolvu u d‑dipendenza tal‑ekonomija Maltija fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCN) qed tkompli tiżdied.

Il‑kuntest uniku Malti — karatterizzat minn popolazzjoni li qed tixjieħ, rati baxxi ta’ fertilità, nuqqas ta’ ħaddiema u sforzi għal tkabbir ogħla tal‑Prodott Gross Domestiku — jenfasizza l‑kontribut indispensabbli tal‑persuni TCN… Kompli aqra »

Dun Anġ Seychell jingħata l-Premju Mons. Mikiel Azzopardi ta’ din is-sena

id-Dar tal-Providenza

Dun Anġ Seychell, wara mewtu, ġie mogħti l‑Premju Mons. Mikiel Azzopardi ta’ din is-sena għall‑kontribut kbir tiegħu fil‑qasam tal‑persuni b’diżabilità.

Dan tħabbar minn Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, waqt il‑kunċert annwali mill‑banda tal‑Forzi Armati ta’ Malta fil‑knisja parrokkjali taż‑Żejtun il‑Ġimgħa filgħaxija.

Dun Anġ kien saċerdot Żejtuni li ddedika ħajtu għall‑oħrajn b’mod speċjali għall‑persuni b’diżabilità li tant kien jirrispetta li saħansittra offra daru stess biex jgħixu fiha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ishru u dawru ħarsitkom lejn is-sema

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, happy Sunday!

The Gospel of today’s liturgy (Lk 21:25-28, 34-36), first Sunday of Advent, speaks to us about cosmic upheavals and anxiety and fear in humanity. In this context, Jesus addresses a word of hope to His disciples: “Stand erect and raise your heads because your redemption is at hand” (v. 28). The Master’s concern is that their hearts do not grow drowsy (cf… Kompli aqra »

Jeħtieġ li naħdmu għal tmiem dinjituż tal-ħajja u mhux fl-antiċipazzjoni tal-mewt – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna saħaq li hemm ħtieġa li jsir iktar investiment għal tmiem dinjituż tal-ħajja u mhux fl-antiċipazzjoni tal-mewt.

Waqt il-programm Għal Kulħadd fuq RTK103, l-Arċisqof għamel referenza għall-abbozz ta’ liġi li qed tiġi diskussa fil-Parlament tal-Ingilterra dwar ‘assisted dying’. L-Arċisqof spjega li din il-liġi tantiċipa l-mewt għal dawk il-persuni li jinsabu f’kura paljattiva.

Dan ifisser li jekk persuna tkun f’sitwazzjoni diffiċli, ikollha l-għażla li ttemm ħajjitha qabel iż-żmien, filwaqt li tkun assistita biex twettaq dan… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Diċembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »