Arkivji mensili: Jannar 2024

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:22-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 1:19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?” Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?” “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna… Kompli aqra »

“Niġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-pajjiż u tad-dinja” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum nibdew is-sena billi nfakkru lil omm Ġesù. Fil-fatt, fis-Sliema u l-Qaddisa insellmulha b’dan it-titlu tant sabiħ: ‘Qaddisa Marija, Omm Alla’. L-omm tgħallimna l-ikbar barka: l-barka tal-imħabba, tal-mogħdrija u tal-ħajja.

Is-Salm tant sabiħ li smajna kantat illum, is-Salm 67, għandu frażi sabiħa li nixtieq noffriha bħala barka wkoll fuq pajjiżna u fuq id-dinja: “Iħenn għalina Alla, u jberikna” (Salm 67:1)… Kompli aqra »

“Nitolbu barka speċjali fuq Iżrael għaliex l-ebda mewt ma tiġġustifika l-ħruxija li qed naraw” – L-Arċisqof

Quddiesa ta' radd il-ħajr fi tmiem is-sena

  Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tmint ijiem wara l-Milied infakkru dak li l-ġenituri ta’ Ġesù għamlu mat-tifel bħala tifel Lhudi: fit-tmien jum ippreżżentawh għaċ-ċirkonċiżjoni, għall-ħtin, u formalment ingħata l-isem magħżul għalih.

L-isem iddikjarah Ġużeppi u kkonfermatu Marija. Imma aħna nafu li fl-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq 1:31), lil Marja l-anġlu jgħidilha: “U int issemmih Ġesù”. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, fil-ħolma, l-anġlu lil Ġużeppi jgħidlu li “hi jkollha tifel u inti ssemmih Ġesù” (Mt 1:21)… Kompli aqra »

X’se jkunu l-konsegwenzi ta’ teknoloġiji diġitali ġodda? – Il-Papa fil-Jum Dinji għall-Paċi

Fil-bidu tas-sena l-ġdida, li hu żmien ta’ grazzja li l-Mulej jagħti lil kull wieħed u waħda minna, nixtieq nindirizza lill-Poplu ta’ Alla, lill-ġnus, lill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern, lir-Rappreżentanti ta’ reliġjonijiet differenti u lis-soċjetà ċivili, lill-irġiel u n-nisa kollha ta’ żmienna biex inwassal ix-xewqat tiegħi għall-paċi.

1. II-progress tax-xjenza u tat-teknoloġija bħala triq għall-paċi

L-Iskrittura Mqaddsa tixhed li Alla ta lill-bnedmin l-Ispirtu tiegħu biex ikollhom “għerf, intelliġenza u għarfien f’kull xorta ta’ ħidma” (Eż 35.31)… Kompli aqra »

Quddiesa fl-Ewwel Jum tas-Sena – 1 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6:22-27
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8
It-Tieni Qari: Gal 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 2:16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha… Kompli aqra »