Arkivji mensili: Jannar 2024

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 24:2,9-17
Salm: 31 (32):1-2,5,6,7

L-Evanġelju: Mk 6:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? … Kompli aqra »

Twarrabx minn ħajjitna, twarrabx minn pajjiżna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!” (Mk 5:8) Dan hu li Ġesù jgħid lil dan il-bniedem, kif rajna fl-Evanġelju llum. Huwa każ ta’ Ġesù li jeħles lil dan il-bniedem mill-ispirtu ħażin, anzi minn spirti ħżiena fih. Ġesù kien għadu kif qasam il-baħar bid-dgħajsa, u ġie n-naħa l-oħra flimkien mad-dixxipli tiegħu. U mal-ewwel jersaq fuqu dal-bniedem. Nafu li Ġesù, bħalma għamel f’ċirkustanzi oħra, l-ewwel ħaġa li jagħmel hu li lil dal-bniedem jeħilsu mill-ispirti ħżiena ta’ ġo fih… Kompli aqra »

Is-Soup Kitchen serviet 27,000 persuna f’sena

Is-Soup Kitchen tal-Franġiskani fil-Belt Valletta serviet 27,000 persuna s-sena li għaddiet, madwar 3,000 inqas mill-2022.

It-tmexxija tas-Soup Kitchen qalet li bħala istituzzjoni trasparenti li tiddependi fuq id-donazzjonijiet tal-pubbliku, tħoss il-ħtieġa li tagħti rendikont tal-ħidma tagħha fl-2023.

Mis-27,000 persuna li qdiet fl-2023, 62% kienu rġiel u 86% kienu Maltin.

Fis-sena li għaddiet, is-Soup Kitchen ippreparat 98,400 platt ikel għal nofsinhar u 22,100 ikla għal filgħaxija, li ġabu magħhom spiża ta’ €603,660… Kompli aqra »

Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Sena skolastika 2024-2025

Nhar il‑Ħamis, l‑1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 884 (794 f’Malta u 90 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn
l‑1 u l‑14 ta’ Frar u l‑20 u d‑29 ta’ Frar 2024.  L‑applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 18:9-10,14b,21a,24-25a,30 – 19:3
Salm: 85 (86):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mk 5:21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.” U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Naf ngħid “le” għat-tentazzjonijet tal-ħażen?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jippreżentalna lil Ġesù jeħles persuna li kienet maħkuma minn spirtu ħażin (cfr Ml 1,21-28) li kien iħabbatha u jġiegħelha tgħajjat (cfr vv. 23.26).  Hekk jagħmel ix-xitan: irid jaħkimna biex “jorbtilna qlubna bil-ktajjen”. Jorbtilna qlubna: dak irid ix-xitan. U aħna rridu nitħarsu minn dawn “il-ktajjen” li joħonqu l-libertà. Għax ix-xitan jisraqlek il-libertà, dejjem. Allura ejjew nagħtu isem lil xi wħud minn dawn il-ktajjen li jxekklu qlubna… Kompli aqra »

Kellhom biex jistagħġbu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Baqgħu mistagħġbin” (Mk 1:22). Dawn iż-żewġ kelmiet ifissru dak li n-nies ħassew meta kienu qed jisimgħu lil Ġesù fis-sinagoga ta’ Kafarnahum. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù, meta wasal Kafarnahum, malajr daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem; u ħoloq dan l-istagħġib.

X’kienet ir-raġuni? Għaliex stagħġbu meta semgħuh jitkellem? Qal xi ħaġa ta’ barra minn hawn, jew diskors mhux f’postu? Xejn minn dan! … Kompli aqra »

Il-Papa fuq il-gwerra fl-Art Imqaddsa: Mingħajr żewġ stati, il-paċi vera tibqa’ distanti

In an interview with the Italian newspaper ‘La Stampa’, Pope Francis renews calls for a global ceasefire, warning the world is on the brink of the abyss, and says the recent declaration ‘Fiducia supplicans’ seeks to include, not divide.

“There was the Oslo agreement—so clear—with the solution of the two states. Until that agreement is applied, true peace remains distant.”

This is Pope Francis’ judgment on events in the Holy Land, following the attacks by Hamas and the war that is destroying the cities of the Gaza Strip… Kompli aqra »