Arkivji mensili: Jannar 2024

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1:1-8
Salm: 95:1-3,7-8a,10

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd… Kompli aqra »

Is-Sena tat-Talb: Il-Papa Franġisku mistenni jistabbilixxi “Skola tat-Talb”

As the Year of Prayer gets underway, the Prefect and Undersecretary of the Dicastery for Evangelisation explain its purpose as helping Catholics prepare for the 2025 Jubilee, announcing that Pope Francis will set up a “School of Prayer” to explore various aspects of every Christian’s “breath of faith.”

On Sunday, Pope Francis inaugurated a Year of Prayer ahead of the 2025 Jubilee, calling on the faithful “to pray more fervently to prepare ourselves to live properly this grace-filled event and to experience the power of hope in God.”

The Year of Prayer, the Holy Father explained, is dedicated “to rediscovering the great value and absolute need for prayer, prayer in personal life, in the life of the Church, prayer in the world.”

The Holy See Press Office presented the Year of Prayer on Tuesday at a press conference held by Archbishop Rino Fisichella, Pro-Prefect of the Dicastery for Evangelisation, and Monsignor Graham Bell, Undersecretary of the Dicastery, whose Section is in charge of coordinating the Year of Prayer… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – Patrimonju tibnih b’ħafna għaraq, imma jista’ jisparixxi f’minuta

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżijiet fuq il-vizzji u l-virtujiet, u llum nitkellmu fuq ix-xeħħa, jiġifieri dik l-għamla ta’ rabta mal-flus li lill-bniedem iżommu milli jkun ġeneruż.

Dan mhuwiex dnub li jolqot biss il-persuni li għandhom ġid enormi, imma vizzju ta’ kulħadd, li spiss ma għandu xejn x’jaqsam mal-bilanċ tal-kont il-bank. Hi marda tal-qalb, mhux tal-kartieri… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa f’Jum il-Komunikazzjoni: L-IA ma tista’ qatt tieħu post l-għerf tal-qalb umana

In his message for the 58th World Day of Social Communications, Pope Francis urges humanity to cultivate wisdom of the heart in the age of artificial intelligence.

Pope Francis has released his message for the 2024 World Day of Social Communications, focusing on the theme: Artificial Intelligence and the Wisdom of the Heart: Towards a Fully Human Communication.

Celebrated on 12 May, this year’s theme is closely linked to the Pope’s message for the World Day of Peace, which was devoted to the development of systems of artificial intelligence (AI)… Kompli aqra »

Irrestawrata l-faċċata tal-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta

Wara snin ta’ xogħol metikoluż ta’ restawr, ġiet inawgurata l‑faċċata tal‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta. Dan sar b’investiment ta’ €225,000, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑kumplament tal‑proġett sar b’fondi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Dan ix-xogħol ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li huwa responsabbli mill-fondi Ewropej. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, kif ukoll ir-restawraturi u l-kuraturi tal-palazz… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-17
Salm: 88 (89):4-5,27-28,29-30

L-Evanġelju: Mk 4:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’. Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha… Kompli aqra »

Min ikala x-xbiek, min isewwihom – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla” (Mk 1:14). Dan hu l-mod kif jiftaħ l-Evanġelju tal-lum, skont San Mark, u mal-ewwel l-enfasi hi fuq il-kelma: il-kelma li Ġesù jwassal li hi l-Aħbar it-Tajba. Għalhekk ‘l-Evanġelju’ – kelma li tfisser l-Aħbar it-Tajba.

F’dan il-Ħadd partikolari – it-Tielet Ħadd tas-Sena – il-Papa Franġisku jistedinna nirriflettu b’mod speċjali fuq il-kelma ta’ Alla, li għandha tkun kelma li aħna nisimgħu, li sservi ta’ ispirazzjoni għall-ħajja tagħna, u li aħna nwasslu lill-oħrajn… Kompli aqra »