Arkivji mensili: April 2024

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:26-33
Salm: 2:6-7,8-9,10-11

L-Evanġelju: Ġw 14:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: ‘Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu’? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.”

Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer… Kompli aqra »

Diskussjoni: Malta fl-aħħar 70 sena

The HopeGen project invites the community to Gonzi Hall at the Catholic Institute Floriana this Saturday, 27th April 2024, for an exploration of Malta’s transformation over the past 70 years.

Titled “A Society Transformed – Malta in the past seventy years,” this event will delve into Malta’s journey over the past seven decades, exploring its societal, political, and ecclesial transformation that have shaped our islands… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Is-suppervja hi velenu qawwi, qatra waħda hi biżżejjed biex tirvina l-ħajja

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi. Il-vizzji u l-virtujiet. 17. Il-ħajja tal-grazzja skont l-Ispirtu


Għeżież ħuti, l
-għodwa t-tajba!

Fil-ġimgħat li għaddew irriflettejna fuq il-virtujiet kardinali: għaqal, ħaqq, qawwa u qies. Huma l-erba’ virtujiet karidnali. Kif sħaqna iżjed minn darba, dawn l-erba’ virtujiet jappartienu għal għerf antik ħafna, li kien diġà minn qabel il-Kristjaneżmu. Diġà sa minn qabel Kristu kienu jipprietkaw l-onestà bħala dmir ċivili, l-għerf bħala regola tal-azzjonijiet, il-kuraġġ bħala ingredjent fundamentali għal ħajja miġbuda għat-tajjeb, il-moderazzjoni bħala kejl meħtieġ biex ma nitkaxkrux mill-esaġerazzjonijiet… Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jżur wieħed mill-flats rinovati tad‑Dar tal‑Providenza

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi kien mistieden iżur wieħed mill‑flats f’Villa Papa Giovanni, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi, fejn sar xogħol kbir ta’ rinovar biex ir‑residenti jkollhom ambjent aktar dinjituż fejn jgħixu. Huwa kellu wkoll l‑opportunità jqaddes quddiesa lir‑residenti u l‑ħaddiema tad‑Dar.

Fost ix‑xogħlijiet li saru kien hemm xogħol strutturali biex kull resident ikollu kamra tal‑banju ma’ kamartu, tibdil fis‑sistema kollha tad‑dawl u xogħol li jħares is‑saħħa u s‑sigurtà tar‑residenti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

San Mark, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:5b-14
Salm: 88:2-3,6-7,16-17

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12:24 – 13:5a
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8

L-Evanġelju: Ġw 12:44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja… Kompli aqra »

Napprezzaw il-valur tal-ħajja – L-Isqof Galea Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma fehmux x’ried jgħidilhom” (Ġw 10:6). Dan huwa li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann meta Ġesù kien qed ikellem lin-nies bil-parabboli u huma ma fehmuhx. Mhijiex l-ewwel darba li ma fehmux. Ġesù kien qed ifisser kif hu r-ragħaj it-tajjeb, imbagħad ikompli jispjega wkoll kif hu l-bieb tan-ngħaġ. Jispjegalhom bil-parabboli, imma huma ma fehmux. Imma fl-aħħar jgħidilhom xi ħaġa li nixtieq li llum nieqfu speċjalment fuqha għaliex tiġbor ħafna l-missjoni ta’ Ġesù fost in-nies: “Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja, u l-ħajja bil-kotra” (Ġw 10:10)… Kompli aqra »