Stedina għall-Kattoliċi kollha f’Malta
09/05/2024Biex jiċċelebra d-diversità fl-għaqda tal-fidi Kattolika, l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa bl-Ingliż flimkien mal-Kattoliċi kollha li jitkellmu lingwi differenti, iżda li kollha jqisu lil Malta bħala darhom, biex jiċċelebraw is-sbuħija tad-diversità tagħhom waqt li jaqsmu bejniethom l-għaqda tal-Ewkaristija.
Il-quddiesa se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-11 ta’ Mejju fis-6pm fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Wara jkun hemm riċeviment żgħir biex dawk preżenti jkunu jistgħu jkomplu jiċċelebraw din l-għaqda… Kompli aqra »