Arkivji mensili: Mejju 2024

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Mejju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4:13-17
Salm: 48 (49):2-3,6-7,8-10,11

L-Evanġelju: Mk 9:38-40

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.”

Qaddis tal-jum: Santa Rita minn Cascia, reliġjuża Kompli aqra »

“F’Gaża l-Insara spiċċaw jgħixu fil-knisja” – Il-Kustodju tal-Art Imqaddsa

Il-Franġiskani b'ħidma biex irażżnu l-mibegħda

Il-Kustodju tal-Art Imqaddsa, Patri Francesco Patton OFM qal li l-ftit Insara li għadhom f’Gaża spiċċaw jgħixu fil-knisja minħabba l-kunflitt imdemmi.

F’intervista ma’ Newsbook Malta, waqt iż-żjara li għamel lill-Provinċja Franġiskana Maltija hu stqarr li huma m’għandhomx patrijiet f’Gaża iżda qed jassistu lis-Sorijiet ta’ Madre Tereża li qed idewwu t-tfal feruti fil-gwerra. Huma kellhom kuntatt mal-iskola f’Gaża, li issa magħluqa għax sfat imġarrfa… Kompli aqra »

Tmien persuni adulti rċivew is‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof

Tmien persuni adulti rċivew is‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof nhar il-Ħadd li għadda, 19 ta’ Mejju, fil‑festa tal‑Għid il‑Ħamsin (Pentekoste) mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi waqt quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Lunzjata f’Ħal Balzan. Dawn il‑persuni huma minn pajjiżi differenti, fosthom Malta, Brażil, Franza, il‑Kolombja u l‑Ġermanja.

It‑tmien kandidati ilhom għal dawn l‑aħħar xhur jitħejjew minn katekisti li jagħmlu parti mill‑Ministeru għall‑Bidu tal‑Ħajja Nisranija tal‑Adulti fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Mejju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4:1-10
Salm: 54 (55):7-8,9-10a,10b-11a,23

L-Evanġelju: Mk 9:30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli: Meta nisimgħu l-Kelma t’Alla t-tpaċpiċ fieragħ tagħna jiskot

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-festa ta’ Pentekoste t-tajba, il-jum it-tajjeb!

Illum, Solennità ta’ Pentekoste niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq Marija u fuq l-Appostli. Fl-Evanġelju tal-liturġija Ġesù jitkellem dwar l-Ispirtu s-Santu u jgħid li Hu se jgħallimna “dak kollu li sama’’’ (ara Ġw 16:13). Imma xi tfisser din l-istqarrija? X’sama l-Ispirtu s-Santu? Dwar xiex qed jitkellem?

Ikellimna bi kliem li jesprimu sentimenti meraviljużi, bħalma huma l-għożża, il-gratitudni, il-fiduċja, il-ħniena… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Mejju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

Marija Omm il-Knisja – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20 jew Atti 1:12-14
Salm: 86 (87):1-2,3 u 5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 19:25-34

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »